6. L-ESMA, wara li tikkunsidra l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati f’konformità mal-Artikolu 36(14) u (15) tad-Direttiva 2014/59/UE u adottati skont l-Artikolu 36(16) tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:
|
(a)
|
iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies li hija indipendenti kemm mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni kif ukoll mis-CCP għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
|
|
(b)
|
il-metodoloġija għall-ivvalutar tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tas-CCP; u
|
|
(c)
|
is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 24 u 61 ta’ dan ir-Regolament.
|
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal- -Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.