+Artikolu 27 5

Artikolu 27 5

5.   F’każ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni żżomm lura parzjalment jew kompletament milli tinforza l-obbligi eżistenti u pendenti kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 jew fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tinforza l-obbligi pendenti fi żmien 18-il xahar wara li s-CCP titqies li qed tfalli jew x’aktarx tfalli f’konformità mal-Artikolu 22, sakemm ma jkunux għadhom jeżistu r-raġunijiet biex wieħed joqgħod lura milli jinforza dawk l-obbligi. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-membru tal-ikklirjar u lill-parti l-oħra minn tlieta sa sitt xhur qabel ma tinforza l-obbligu li jkun fadal. Ir-rikavati mill-obbligi pendenti infurzati għandhom jintużaw biex jiġi rkuprat l-użu ta’ fondi pubbliċi.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar affettwati u kwalunkwe parti oħra kkawżata minn obbligi eżistenti u pendenti, tiddetermina jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ infurzar tal-obbligi eżistenti u pendenti ma baqgħux jeżistu u jekk tinforzax l-obbligi pendenti. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddevja mill-fehmiet espressi mill-awtoritajiet ikkonsultati, hija għandha tipprovdi ir-raġunijiet debitament ġustifikati bil-miktub għal dan.

Ir-rekwiżit li jiġu ssodisfati l-obbligi li jifdal fiċ-ċirkostanzi msemmija f’dan il-paragrafu għandu jiġi inkluż fir-regoli tas-CCP u f’arranġamenti kuntrattwali oħrajn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.