7. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkonverti biss l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra skont il-paragrafu 3 meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-istrumenti ta’ sjieda jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta’ strumenti ta’ sjieda mis-CCP għall-finijiet tal-provvediment ta’ fondi proprji mill-Istat jew minn entità tal-gvern;
|
|
(b)
|
ir-rata tal-konverżjoni tirrappreżenta kumpens xieraq lid-detenturi tad-dejn affettwati għal kwalunkwe telf imġarrab bħala riżultat tal-eżerċizzju tas-setgħat tal-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni, skont it-trattament tagħhom taħt il-proċedimenti normali ta’ insolvenza.
|
Wara kwalunkwe konverżjoni ta’ strumenti ta’ dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra fi strumenti ta’ sjieda, dawn tal-aħħar għandhom jiġu sottoskritti jew ittrasferiti mingħajr dewmien wara l-konverżjoni.