1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi dawn li ġejjin lil akkwirent li ma jkunx CCP tranżitorja:
|
(a)
|
strumenti ta’ sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni ta’ CCP taħt riżoluzzjoni.
|
It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tas-CCP jew ta’ kwalunkwe parti terza minbarra l-akkwirent u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpanniji jew tat-titoli ħlief għal dawk previsti fl-Artikolu 41.