7. Kwalunkwe trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir irrispettivament minn jekk l-akkwirent ikunx awtorizzat jipprovdi s-servizzi u jwettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni.
Meta l-akkwirent ma jkunx awtorizzat jipprovdi s-servizzi u jwettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandha twettaq valutazzjoni xierqa ta’ diliġenza dovuta tal-akkwirent u tiżgura li l-akkwirent ikollu l-kapaċità professjonali u teknika li jwettaq il-funzjonijiet tas-CCP akkwistata u li japplika għal awtorizzazzjoni hekk kif ikun prattiku u, sa mhux aktar tard minn xahar mill-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe tali applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tiġi kkunsidrata fil-pront.