+Artikolu 52 Is-setgħa li jiġu infurzati miżuri ta’ prevenzjoni tal-kriżi jew azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni minn Stati Membri oħra
---+Artikolu 52 1
---+Artikolu 52 2
---+Artikolu 52 3
---+Artikolu 52 4
---+Artikolu 52 5

Artikolu 52 Is-setgħa li jiġu infurzati miżuri ta’ prevenzjoni tal-kriżi jew azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni minn Stati Membri oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1

1.   Meta l-istrumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ta’ CCP taħt riżoluzzjoni jkunu jinsabu fi Stat Membru jew ikunu rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, kwalunkwe trasferiment jew azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet għandu jkollu effett skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 52 2

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ Stat Membru għandha tiġi pprovduta bl-għajnuna kollha meħtieġa mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri rilevanti oħrajn sabiex ikun żgurat li kwalunkwe strument ta’ sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet jiġi ttrasferit lill-akkwirent jew lis-CCP tranżitorja jew kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni oħra ssir effettiva f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 52 3

3.   L-azzjonisti, il-kredituri u l-partijiet terzi li jiġu affettwati mit-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda, tal-assi, tad-drittijiet, tal-obbligi jew tal-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu intitolati li jipprevjenu, jikkontestaw jew jannullaw dak it-trasferiment skont il-liġi tal-Istat Membru fejn jinsabu l-assi jew li tirregola t-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew responsabbiltajiet.

Artikolu 52 4

4.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ Stat Membru tapplika l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 28 sa 32, u l-kuntratti, l-obbligazzjonijiet, l-istrumenti ta’ sjieda jew l-istrumenti tad-dejn tas-CCP taħt riżoluzzjoni jkunu jinkludu strumenti, kuntratti jew obbligazzjonijiet li huma rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru ieħor, jew obbligazzjonijiet dovuti lill-kredituri u kuntratti fir-rigward tal-membri tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, il-klijenti tagħhom li jinsabu f’dak l-Istat Membru l-ieħor, l-awtoritajiet rilevanti f’dak l-Istat Membru l-ieħor għandhom jiżguraw li kwalunkwe azzjoni li tirriżulta minn dawk l-għodod ta’ riżoluzzjoni jkollhom effett.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-azzjonisti, il-kredituri u l-membri tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, il-klijenti tagħhom affettwati minn dawk l-għodod ta’ riżoluzzjoni ma għandhom ikunu intitolati li jikkontestaw it-tnaqqis tal-kapital jew tal-ammont pagabbli tal-istrument jew tal-obbligazzjoni jew inkella l-konverżjoni jew ir-ristrutturar tagħhom, skont il-każ, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni biss.

Artikolu 52 5

5.   Id-drittijiet u s-salvagwardji li ġejjin għandhom jiġu ddeterminati skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni:

(a)

id-dritt tal-azzjonisti, tal-kredituri u tal-partijiet terzi li jikkontestaw, permezz ta’ appell skont l-Artikolu 74, trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

id-dritt tal-kredituri affettwati li jikkontestaw, permezz ta’ appell skont l-Artikolu 74, it-tnaqqis tal-kapital jew tal-ammont pagabbli jew il-konverżjoni jew ir-ristrutturar ta’ strument, obbligazzjoni jew kuntratt koperti mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; u

(c)

is-salvagwardji għal trasferimenti parzjali, kif imsemmi fil-Kapitolu V, fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.