+Artikolu 79 3

Artikolu 79 3

3.   L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-kooperazzjoni fit-twettiq tal-kompiti li ġejjin u għall-eżerċitar tas-setgħat li ġejjin fir-rigward tas-CCPs imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dak il-paragrafu jew tal-gruppi li jinkludu tali CCPs:

(a)

it-tfassil ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(b)

il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ tali istituzzjonijiet u gruppi, f’konformità mal-Artikolu 15 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)

l-applikazzjoni tas-setgħat li jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 16 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)

l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18 u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti; u

(e)

l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni u ta’ setgħat simili konferiti fuq l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.