+Artikolu 79 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 79 1
---+Artikolu 79 2
---+Artikolu 79 3
---+Artikolu 79 4
---+Artikolu 79 5
|
Artikolu 79 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 79 1
|
1. Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ pajjiż terz dment li u sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 76(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali previst fl-Artikolu 76(1) mal-pajjiż terz rilevanti sal-punt li s-suġġett ta’ dan l-Artikolu ma jkunx irregolat minn dak il-ftehim.
|
|
Artikolu 79 2
|
2. L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi rilevanti li ġejjin, wara li jikkunsidraw l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni eżistenti stabbiliti skont l-Artikolu 25(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:
|
(a)
|
meta CCP ta’ pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpanniji sussidjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet tal-pajjiż terz rilevanti fejn tkun stabbilita s-CCP;
|
|
(b)
|
meta CCP tipprovdi servizzi f’pajjiż terz wieħed jew aktar jew ikollha kumpanniji sussidjarji fih, l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi rilevanti fejn jiġu pprovduti dawk is-servizzi jew fejn ikunu stabbiliti l-kumpanniji sussidjarji.
|
|
|
Artikolu 79 3
|
3. L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-kooperazzjoni fit-twettiq tal-kompiti li ġejjin u għall-eżerċitar tas-setgħat li ġejjin fir-rigward tas-CCPs imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dak il-paragrafu jew tal-gruppi li jinkludu tali CCPs:
|
(a)
|
it-tfassil ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
|
|
(b)
|
il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ tali istituzzjonijiet u gruppi, f’konformità mal-Artikolu 15 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
|
|
(c)
|
l-applikazzjoni tas-setgħat li jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 16 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
|
|
(d)
|
l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18 u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti; u
|
|
(e)
|
l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni u ta’ setgħat simili konferiti fuq l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi rilevanti.
|
|
|
Artikolu 79 4
|
4. L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni konklużi bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u pajjiżi terzi skont il-paragrafu 2 jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija u l-manutenzjoni tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
konsultazzjoni u kooperazzjoni fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluż il-prinċipji għall-eżerċitar tas-setgħat skont l-Artikolu 77 u ta’ setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
|
|
(c)
|
l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat tar-riżoluzzjoni u ta’ setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
|
|
(d)
|
twissija bikrija lill-partijiet għall-arranġament ta’ kooperazzjoni, jew konsultazzjoni magħhom, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni sinifikanti skont dan ir-Regolament jew il-liġi tal-pajjiż terz rilevanti li taffettwa lis-CCP jew lill-grupp li miegħu huwa relatat l-arranġament;
|
|
(e)
|
il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni konġunti;
|
|
(f)
|
il-proċeduri u l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni skont il-punti (a) sa (e) ta’ dan il-paragrafu, inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi għall-ġestjoni tal-kriżijiet.
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-paragrafu 3, l-ESMA għandha tippubblika linji gwida dwar it-tipi u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu sat-12 ta’ Awwissu 2022.
|
|
Artikolu 79 5
|
5. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar kwalunkwe ftehim ta’ kooperazzjoni li jkunu kkonkludew b’konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|