+Artikolu 79 4

Artikolu 79 4

4.   L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni konklużi bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u pajjiżi terzi skont il-paragrafu 2 jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija u l-manutenzjoni tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;

(b)

konsultazzjoni u kooperazzjoni fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluż il-prinċipji għall-eżerċitar tas-setgħat skont l-Artikolu 77 u ta’ setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)

l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat tar-riżoluzzjoni u ta’ setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)

twissija bikrija lill-partijiet għall-arranġament ta’ kooperazzjoni, jew konsultazzjoni magħhom, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni sinifikanti skont dan ir-Regolament jew il-liġi tal-pajjiż terz rilevanti li taffettwa lis-CCP jew lill-grupp li miegħu huwa relatat l-arranġament;

(e)

il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni konġunti;

(f)

il-proċeduri u l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni skont il-punti (a) sa (e) ta’ dan il-paragrafu, inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi għall-ġestjoni tal-kriżijiet.

Sabiex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-paragrafu 3, l-ESMA għandha tippubblika linji gwida dwar it-tipi u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu sat-12 ta’ Awwissu 2022.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.