+Artikolu 2 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każ ta’ gruppi ta’ impriżi li jkunu relatati fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
---+Artikolu 2 5
|
Artikolu 2 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każ ta’ gruppi ta’ impriżi li jkunu relatati fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1
|
1. Meta tkun meħtieġa konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-entità li ġejja għandha tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Ewwel Parti tat-Titolu II tal-Kapitolu 2 tat-Taqsima 1 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-impriżi kollha tal-grupp:
|
(a)
|
l-istituzzjoni, meta jkun hemm istituzzjoni waħda biss fil-grupp;
|
|
(b)
|
l-istituzzjoni ta’ kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, meta jkun hemm diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-grupp;
|
|
(c)
|
id-ditta tal-investiment soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, meta l-grupp ma jkun jinkludi l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu.
|
|
|
Artikolu 2 2
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-total fil-karta tal-bilanċ għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-aħħar rapporti finanzjarji konsolidati awditjati jew, meta r-rapporti finanzjarji konsolidati ma jkunux meħtieġa li jitħejjew f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli, l-aħħar rapport finanzjarju individwali vverifikat tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 2 3
|
3. Meta l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx xierqa, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitar tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111(4), (5), u (6) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jistgħu jirrinunzjaw għal dawk il-kriterji, u jaħtru entità oħra fil-grupp soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala responsabbli għall-iżġurar tal-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Ewwel Parti tat-Titolu II tal-Kapitolu 2 tat-Taqsima 1 ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi tas-sitwazzjoni ta’ konsolidazzjoni tal-impriżi kollha tal-grupp.
Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità mal-Artikolu 111(6) tad-Direttiva 2013/36/UE jew, fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, l-istituzzjonijiet ikkonċernati u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti jew jekk dawn ikunux meħtieġa jħejju rapporti finanzjarji konsolidati għall-grupp fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE. F’każijiet bħal dawn, l-istituzzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ għandu jkollha d-dritt li tinstema’, qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jieħdu d-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 2 4
|
4. Fil-każijiet imsemmija f’dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitar tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jippermettu jew jirrikjedu l-użu tal-metodu ta’ konsolidazzjoni previst fl-Artikolu 22(8) u (9) tad-Direttiva 2013/34/UE.
|
|
Artikolu 2 5
|
5. Impriża li tkun relatata ma’ impriża waħda jew aktar fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE ma għandhiex għalfejn tiġi inkluża fil-konsolidazzjoni skont dan l-Artikolu fl-istess każijiet u f’konformità mal-istess kriterji kif stabbilit fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0676
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|