+Artikolu 2 3

Artikolu 2 3

3.   Meta l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx xierqa, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitar tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111(4), (5), u (6) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jistgħu jirrinunzjaw għal dawk il-kriterji, u jaħtru entità oħra fil-grupp soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala responsabbli għall-iżġurar tal-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Ewwel Parti tat-Titolu II tal-Kapitolu 2 tat-Taqsima 1 ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi tas-sitwazzjoni ta’ konsolidazzjoni tal-impriżi kollha tal-grupp.

Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità mal-Artikolu 111(6) tad-Direttiva 2013/36/UE jew, fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, l-istituzzjonijiet ikkonċernati u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti jew jekk dawn ikunux meħtieġa jħejju rapporti finanzjarji konsolidati għall-grupp fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE. F’każijiet bħal dawn, l-istituzzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ għandu jkollha d-dritt li tinstema’, qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jieħdu d-deċiżjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0676
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.