+Artikolu 6 4
|
Artikolu 6 4
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-korp maniġerjali:
|
(a)
|
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji, japprovax il-politiki u l-proċeduri rilevanti kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-mudell intern, inkluża l-istruttura organizzazzjonali xierqa, sabiex jiġi żgurat li l-mudell intern jiġi implimentat b’integrità;
|
|
(b)
|
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji u wara kunsiderazzjoni xierqa tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ validazzjoni, japprovax il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskju tas-suq applikati fil-mudell intern;
|
|
(c)
|
fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mill-unità ta’ kontroll tar-riskji u wara kunsiderazzjoni xierqa tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ validazzjoni, japprovax kwalunkwe prodott ġdid;
|
|
(d)
|
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji, japprovax u jaġġornax il-limiti tal-pożizzjonijiet interni;
|
|
(e)
|
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji li tistabbilixxi u tivvaluta l-livell aċċettabbli ta’ riskju, japprovax il-livell aċċettabbli ta’ riskju, l-allokazzjoni interna tal-kapital u l-baġit mill-post tan-negozjar;
|
|
(f)
|
jadottax il-proċedura ta’ approvazzjoni għal ksur tal-limiti ta’ pożizzjonijiet interni;
|
|
(g)
|
japprovax jew jirrikjedix azzjonijiet korrettivi fir-rigward ta’ ksur tal-limiti ta’ pożizzjonijiet interni li jkunu ġew eskalati mill-unità ta’ kontroll tar-riskji f’konformità mal-Artikolu 16(1)(b);
|
|
(h)
|
fuq il-bażi ta’ proposta mill-unità ta’ kontroll tar-riskji:
|
(i)
|
japprova l-programm ta’ ttestjar tal-istress;
|
|
(ii)
|
jiddiskuti r-riżultati tat-testijiet tal-istress;
|
|
(iii)
|
jivvaluta l-azzjoni potenzjali, u meta jkun neċessarju, jieħu azzjonijiet korrettivi.
|
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|