+Artikolu 8 3

Artikolu 8 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu:

(a)

il-fehma dokumentata tal-unità ta’ kontroll tar-riskji meta jew il-korp maniġerjali jew il-kumitat rilevanti tal-istruttura tal-kumitat intern jiddiskutu kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (b);

(b)

il-minuti tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew tal-kumitat rilevanti tal-istruttura tal-kumitat intern, u l-punti ta’ azzjoni riflessi fihom;

(c)

ir-rapporti tal-unità ta’ kontroll tar-riskji dwar il-limiti ta’ pożizzjoni interna, u kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ksur tal-limitu;

(d)

informazzjoni pprovduta mill-persunal u mill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni, meta xieraq.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-grad ta’ involviment tal-unità ta’ kontroll tar-riskji meta l-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew il-kumitat rilevanti tal-istruttura tal-kumitat intern jiddiskutu kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (b). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw każijiet li fihom il-fehma tal-unità ta’ kontroll tar-riskji u d-deċiżjoni finali meħuda jew mill-korp maniġerjali jew mill-kumitat rilevanti tal-istruttura tal-kumitat intern ivarjaw.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.