+Artikolu 28 Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju tal-komoditajiet
---+Artikolu 28 1
---+Artikolu 28 2

Artikolu 28 Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju tal-komoditajiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-immudellar tar-riskju tal-komoditajiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jirrikjedu li l-istituzzjoni:

(i)

tipprovdi lista tat-tipi kollha ta’ komoditajiet li l-portafoll tal-istituzzjoni huwa sensittiv għalihom;

(ii)

għal kull tip ta’ komodità msemmi fil-punt (i), tiċċara jekk dak it-tip ta’ komodità huwiex soġġett għall-prezz spot tal-komodità biss, jew għal fatturi tar-riskju oħrajn, inklużi volatilitajiet implikati;

(iii)

tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha għal kull wieħed mit-tipi ta’ komoditajiet imsemmijin fil-punt (a);

(b)

jivverifikaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jidentifikawx metriki li huma xierqa sabiex jivvalutaw il-materjalità ta’ suq tal-komoditajiet kif imsemmi fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jekk, għas-swieq tal-komoditajiet identifikati bħala materjali, kull komodità differenti hijiex immudellata speċifikament fil-mudell intern tal-istituzzjoni tal-kejl tar-riskji;

(c)

jivverifikaw jekk ir-riskju ta’ bażi bejn komoditajiet simili iżda mhux identiċi li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni għandha skopertura materjali huwiex kopert, inkluż ir-riskju ta’ bażi li jirriżulta minn post ta’ kunsinna differenti u minn diskrepanzi fil-maturità;

(d)

jivvalutaw jekk ir-riskju fil-bidliet fil-komoditajiet huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament;

(e)

jivvalutaw jekk ir-riskju vega relatat mar-riskju tal-komoditajiet huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni timmudellax żewġ komoditajiet differenti direttament jew tkoprix il-bażi permezz ta’ fattur tar-riskju ta’ bażi.

Artikolu 28 2

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-punti (a)(i) u (ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li l-istituzzjoni tipprovdi l-informazzjoni msemmija f’dawk il-punti għall-aktar komoditajiet rilevanti biss, u jistgħu jwettqu l-valutazzjoni stabbilita f’dak il-paragrafu 1 dwar dik id-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.