+Artikolu 32 2
|
Artikolu 32 2
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-kejl tar-riskji tal-istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju li huma vvalutati bħala mudellabbli f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivverifikaw, fir-rigward tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà:
|
(i)
|
billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), li dawk il-fatturi tar-riskju jissodisfaw kwalunkwe wieħed miż-żewġ kriterji msemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) u (b) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;
|
|
(ii)
|
meta applikabbli, bl-użu tal-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), li l-perjodu użat għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà jikkonforma mal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;
|
|
|
(b)
|
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060:
|
(i)
|
jivverifikaw jekk:
|
(1)
|
is-sistemi u l-politiki interni tal-istituzzjoni, u l-ftehimiet kuntrattwali tagħha mal-bejjiegħa terzi, jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;
|
|
(2)
|
hemmx kwalunkwe prezz li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 li jitqiesu verifikabbli;
|
|
|
(ii)
|
billi jirrieżaminaw ir-rapporti tal-awditjar, jivverifikaw jekk l-awditu indipendenti msemmi fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 huwiex robust u jkoprix l-aspetti kollha msemmijin f’dak il-paragrafu;
|
|
(iii)
|
meta applikabbli, jirrieżaminaw l-arranġamenti kuntrattwali msemmijin fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060;
|
|
|
(c)
|
fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kunsiderazzjoni ta’ prezz verifikabbli bħala rappreżentattiv ta’ fattur tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jivverifikaw jekk il-proċess ta’ mmappjar u l-kriterji użati sabiex tiġi ddeterminata r-rappreżentattività ta’ prezz għal fattur tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament Delegat humiex sodi.
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (c) sabiex jidentifikaw jekk il-fatturi tar-riskju humiex tal-istess tip humiex tajbin u, billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jivverifikaw jekk dawk il-kriterji jiġux applikati b’mod korrett.
Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 6.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|