+Artikolu 33 1
|
Artikolu 33 1
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-perjodu ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak il-punt jeħtiġux il-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika, għal kull fattur tar-riskju, dawn li ġejjin:
|
(a)
|
deskrizzjoni tal-fattur tar-riskju;
|
|
(b)
|
jekk il-fattur tar-riskju huwiex mudellabbli wara l-valutazzjoni tal-mudellabbiltà msemmija fl-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, meta l-fattur tar-riskju jkun mudellabbli, jekk dak il-fattur tar-riskju jkunx inkluż fis-subsett tal-fatturi tar-riskju mudellabbli msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;
|
|
(c)
|
deskrizzjoni sempliċi tal-inputs tad-data użati sabiex jiġi mmarkat il-fattur tar-riskju;
|
|
(d)
|
il-perjodu ta’ likwidità assenjat lill-fattur tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 325bd(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(e)
|
jekk in-natura tal-fattur tar-riskju tikkorrispondix għal xi kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058;
|
|
(f)
|
jekk in-natura tar-riskju kopert mill-fattur tar-riskju u l-inputs tad-data użati għal dak il-fattur tar-riskju jikkorrispondux għal fatturi tar-riskju li jistgħu jaqgħu taħt aktar minn kategorija wiesgħa waħda ta’ fatturi tar-riskju jew sottokategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058;
|
|
(g)
|
meta tintuża għall-immudellar ta’ indiċi omoġenu, jekk il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058 jew il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament intużatx għall-immappjar tal-fattur tar-riskju għall-kategorija wiesgħa u għas-subkategorija ta’ fatturi tar-riskju xierqa tat-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|