+Artikolu 33 Valutazzjoni tal-perjodu ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4

Artikolu 33 Valutazzjoni tal-perjodu ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-perjodu ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak il-punt jeħtiġux il-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika, għal kull fattur tar-riskju, dawn li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-fattur tar-riskju;

(b)

jekk il-fattur tar-riskju huwiex mudellabbli wara l-valutazzjoni tal-mudellabbiltà msemmija fl-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, meta l-fattur tar-riskju jkun mudellabbli, jekk dak il-fattur tar-riskju jkunx inkluż fis-subsett tal-fatturi tar-riskju mudellabbli msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;

(c)

deskrizzjoni sempliċi tal-inputs tad-data użati sabiex jiġi mmarkat il-fattur tar-riskju;

(d)

il-perjodu ta’ likwidità assenjat lill-fattur tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 325bd(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

jekk in-natura tal-fattur tar-riskju tikkorrispondix għal xi kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058;

(f)

jekk in-natura tar-riskju kopert mill-fattur tar-riskju u l-inputs tad-data użati għal dak il-fattur tar-riskju jikkorrispondux għal fatturi tar-riskju li jistgħu jaqgħu taħt aktar minn kategorija wiesgħa waħda ta’ fatturi tar-riskju jew sottokategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058;

(g)

meta tintuża għall-immudellar ta’ indiċi omoġenu, jekk il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058 jew il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament intużatx għall-immappjar tal-fattur tar-riskju għall-kategorija wiesgħa u għas-subkategorija ta’ fatturi tar-riskju xierqa tat-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 33 2

2.   Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-istituzzjoni huwiex implimentat b’integrità f’konformità mal-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-perjodu ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

(a)

billi jużaw l-elementi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(i)

ikun hemm konsistenza bejn in-natura tal-fatturi tar-riskju, l-inputs tad-data użati għall-fatturi tar-riskju, u l-kategorija u s-subkategorija wisgħin tal-fatturi tar-riskju tat-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

il-fatturi tar-riskju ta’ ekwità u ta’ kreditu li jirriflettu komponent sistematiku jkunu ġew soġġetti għat-trattament imsemmi fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058, meta dawk il-fatturi tar-riskju jiġu kkalibrati bl-użu ta’ inputs tad-data relatati ma’ kategoriji jew ma’ subkategoriji wisgħin differenti tal-fatturi tar-riskju;

(iii)

il-fatturi tar-riskju ta’ bażi li jirrappreżentaw id-differenza bejn żewġ fatturi tar-riskju li jekk ikunu mmudellati direttament mill-istituzzjoni, minflok il-bażi, jiġu assenjati għal żewġ subkategoriji differenti, ikunu soġġetti għat-trattament imsemmi fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058;

(iv)

meta fattur tar-riskju ma jkunx fost il-fatturi tar-riskju msemmijin fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058 u dak il-fattur tar-riskju ma jkunx relatat b’mod mhux ambigwu ma’ waħda mis-subkategoriji wisgħin ta’ riskji tat-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dak il-fattur tar-riskju jiġi mmappjat għas-subkategorija “oħrajn” tal-kategorija xierqa;

(v)

il-fatturi tar-riskju ta’ ekwità rikonoxxuti bħala ekwità b’kapitalizzazzjoni tas-suq kbira jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058;

(b)

l-istituzzjoni jkollha fis-seħħ kriterji oġġettivi għall-identifikazzjoni ta’ meta fattur tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu jirreferi għal grad ta’ investiment jew għal pożizzjoni ta’ rendiment għoli;

(c)

meta l-istituzzjoni tapplika d-deroga stabbilita fl-Artikolu 325bd(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-użu ta’ perjodi ta’ likwidità itwal fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb ta’ dak ir-Regolament u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjoni tagħmel distinzjoni bejn pożizzjonijiet li jappartjenu għall-postijiet tan-negozjar li għalihom tintuża d-deroga u dawk il-postijiet tan-negozjar li għalihom ma tintużax id-deroga;

(d)

bħala parti mill-verifika ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 325bd(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni tivverifika jekk:

(i)

minħabba bidla fil-kapitalizzazzjoni tal-ekwità jew fil-komponenti tal-indiċijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2058, kien hemm bidla fis-subkategorija xierqa għal fattur tar-riskju ta’ ekwità;

(ii)

minħabba l-migrazzjoni jew avvenimenti oħra ta’ kwalità tal-kreditu, kien hemm bidla fis-subkategorija xierqa għal fattur tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu;

(e)

munita waħda biss titqies bħala domestika għall-finijiet tal-immappjar ta’ fattur tar-riskju għall-kategorija wiesgħa “Rata tal-imgħax” u s-subkategorija “L-iktar muniti likwidi u l-munita lokali” tal-Artikolu 325bd, it-Tabella 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq fatturi tar-riskju li jappartjenu għas-subkategorija soġġetta għad-deroga u li huma preżenti kemm fil-postijiet tan-negozjar li għalihom tintuża d-deroga kif ukoll fil-postijiet tan-negozjar li għalihom ma tintużax id-deroga.

Artikolu 33 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tidentifika l-fatturi tar-riskju f’kampjun ta’ strumenti finanzjarji jew ta’ komoditajiet, u jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom filwaqt li jqisu n-natura tal-istrumenti finanzjarji li jġorru l-fatturi tar-riskju. Meta jirrikjedu dak il-kampjun, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq strumenti finanzjarji jew fuq komoditajiet li jinkludu firxa wiesgħa biżżejjed ta’ tipi ta’ fatturi tar-riskju sabiex jiżguraw valutazzjoni komprensiva.

Artikolu 33 4

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi fatturi tar-riskju li kienu soġġetti għal bidla fis-subkategorija, u jivverifikaw li, wara l-verifika ta’ kull xahar, il-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament irriflettew il-bidliet fil-perjodu ta’ likwidità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.