7. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (b)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jidentifikaw l-aktar fatturi tar-riskju materjali li għalihom l-istituzzjoni applikat it-trattament imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(b)
|
jivverifikaw jekk l-istess fattur tar-riskju jintużax fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku u teoretiku;
|
|
(c)
|
jivverifikaw jekk il-valur tal-fatturi tar-riskju msemmijin fil-punt (a) ivarjax biss minħabba s-sorsi jew il-ħinijiet tal-estrazzjoni differenti tad-data tal-input tagħhom.
|
L-intensità li biha l-awtorità kompetenti twettaq il-valutazzjoni għandha tkun proporzjonata għall-effett li l-allinjament tad-data tal-input tal-fatturi tar-riskju jkollu fuq it-tibdil teoretiku u fuq ir-riżultati tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059.