+Artikolu 39 1

Artikolu 39 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak l-Artikolu jispeċifikawx:

(a)

l-ambitu tal-pożizzjonijiet tal-kambju fil-portafoll mhux tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji bl-approċċ ta’ mudell intern alternattiv u, meta applikabbli, ir-raġuni sottostanti għall-esklużjoni ta’ xi pożizzjonijiet minn dak l-ambitu;

(b)

l-ambitu tal-pożizzjonijiet tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li għalih l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji bl-approċċ ta’ mudell intern alternattiv, u meta applikabbli, ir-raġuni sottostanti għall-esklużjoni ta’ xi pożizzjonijiet minn dak l-ambitu;

(c)

għal pożizzjonijiet soġġetti għal riskju tal-kambju iżda mhux għal riskju tal-komoditajiet:

(i)

jekk il-valur li jintuża bħala bażi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju ikunx l-aħħar valur kontabilistiku disponibbli msemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jew l-aħħar valur ġust disponibbli msemmi fl-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat, u l-frekwenza li biha tali valur jiġi kkalkolat mill-ġdid;

(ii)

jekk hemmx postijiet tan-negozjar li l-pożizzjonijiet mhux lineari tagħhom fir-rata tal-kambju huma soġġetti għat-trattament imsemmi fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577 u, meta applikabbli, ir-raġuni għall-użu ta’ tali deroga għal uħud mill-postijiet tan-negozjar, filwaqt li mhux għal oħrajn;

(d)

il-postijiet tan-negozjar li għalihom jiġi kkalkolat it-tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll fir-rigward ta’ pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li hija soġġetta għal riskju tal-komoditajiet jew kemm għal riskju tal-komoditajiet kif ukoll għal riskju tal-kambju f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, u l-postijiet tan-negozjar li għalihom jiġu kkalkolati l-bidliet f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament Delegat, u r-raġuni għal dik l-għażla.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.