+Artikolu 39 Valutazzjoni tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju u tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar
---+Artikolu 39 1
---+Artikolu 39 2
---+Artikolu 39 3
---+Artikolu 39 4
---+Artikolu 39 5
---+Artikolu 39 6
---+Artikolu 39 7
---+Artikolu 39 8
---+Artikolu 39 9
|
Artikolu 39 Valutazzjoni tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju u tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1
|
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak l-Artikolu jispeċifikawx:
|
(a)
|
l-ambitu tal-pożizzjonijiet tal-kambju fil-portafoll mhux tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji bl-approċċ ta’ mudell intern alternattiv u, meta applikabbli, ir-raġuni sottostanti għall-esklużjoni ta’ xi pożizzjonijiet minn dak l-ambitu;
|
|
(b)
|
l-ambitu tal-pożizzjonijiet tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li għalih l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji bl-approċċ ta’ mudell intern alternattiv, u meta applikabbli, ir-raġuni sottostanti għall-esklużjoni ta’ xi pożizzjonijiet minn dak l-ambitu;
|
|
(c)
|
għal pożizzjonijiet soġġetti għal riskju tal-kambju iżda mhux għal riskju tal-komoditajiet:
|
(i)
|
jekk il-valur li jintuża bħala bażi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju ikunx l-aħħar valur kontabilistiku disponibbli msemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jew l-aħħar valur ġust disponibbli msemmi fl-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat, u l-frekwenza li biha tali valur jiġi kkalkolat mill-ġdid;
|
|
(ii)
|
jekk hemmx postijiet tan-negozjar li l-pożizzjonijiet mhux lineari tagħhom fir-rata tal-kambju huma soġġetti għat-trattament imsemmi fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577 u, meta applikabbli, ir-raġuni għall-użu ta’ tali deroga għal uħud mill-postijiet tan-negozjar, filwaqt li mhux għal oħrajn;
|
|
|
(d)
|
il-postijiet tan-negozjar li għalihom jiġi kkalkolat it-tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll fir-rigward ta’ pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li hija soġġetta għal riskju tal-komoditajiet jew kemm għal riskju tal-komoditajiet kif ukoll għal riskju tal-kambju f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, u l-postijiet tan-negozjar li għalihom jiġu kkalkolati l-bidliet f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament Delegat, u r-raġuni għal dik l-għażla.
|
|
|
Artikolu 39 2
|
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivverifikaw jekk il-proċessi interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiżgurawx:
|
(i)
|
it-traċċabbiltà tal-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar inkorporati fl-ambitu tal-approċċ ta’ mudell intern alternattiv, u l-korrettezza tal-valuri kontabilistiċi jew tal-valuri ġusti użati bħala bażi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq, kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577;
|
|
(ii)
|
li l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li jattiraw riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet irreġistrati f’data partikolari jkunu inklużi fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament;
|
|
(iii)
|
li kwalunkwe pożizzjoni tar-riskju tal-kambju li tirriżulta minn tibdil fil-munita tar-rapportar fil-livelli differenti ta’ konsolidazzjoni (“riskju tal-qlib”) tkun inkluża fl-ambitu ta’ pożizzjonijiet soġġetti għal riskju tal-kambju;
|
|
(iv)
|
identifikazzjoni korretta tal-pożizzjonijiet tal-kambju li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-użu tat-trattament imsemmi fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, meta l-istituzzjoni tuża dak it-trattament;
|
|
(v)
|
identifikazzjoni korretta u sħiħa tal-entrati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577;
|
|
|
(b)
|
fir-rigward tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal pożizzjonijiet li huma soġġetti għal riskju tal-kambju kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jivverifikaw jekk:
|
(i)
|
pożizzjonijiet tal-kambju li għalihom l-istituzzjoni tuża d-deroga stabbilita fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577 huma distinti minn pożizzjonijiet tal-kambju li għalihom l-istituzzjoni ma tużax dik id-deroga;
|
|
(ii)
|
jiġu aġġornati biss il-fatturi tar-riskju tal-kambju tal-aħħar valur kontabilistiku jew valur ġust disponibbli sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-pożizzjoni qabel l-applikazzjoni tax-xenarju ta’ xokk futur, sakemm ma jintużax it-trattament imsemmi fl-Artikolu 3(4) ta’ dak ir-Regolament, kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577;
|
|
(iii)
|
għal pożizzjonijiet li għalihom jintuża t-trattament fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament, il-fatturi tar-riskju kollha jiġu aġġornati sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-pożizzjoni qabel l-applikazzjoni tax-xenarju ta’ xokk futur, kif meħtieġ mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577;
|
|
|
(c)
|
fir-rigward ta’ entrati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jivverifikaw jekk:
|
(i)
|
il-kriterji stabbiliti mill-istituzzjoni sabiex tidentifika l-eventi li jikkawżaw indeboliment humiex xierqa, fuq il-bażi ta’ data storika u ta’ eventi storiċi;
|
|
(ii)
|
il-kriterji msemmija fil-punt (i) humiex konsistenti mal-ġestjoni interna tar-riskju ta’ indeboliment;
|
|
(iii)
|
il-livell ta’ indeboliment rikonoxxut wara l-eventi msemmijin fil-punt (i) ikunx ibbażat fuq raġunament oġġettiv;
|
|
|
(d)
|
fir-rigward tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal pożizzjonijiet li huma soġġetti għar-riskju tal-komoditajiet jew kemm għar-riskju tal-komoditajiet kif ukoll għar-riskju tal-kambju kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, jivverifikaw jekk ix-xenarji ta’ xokkijiet futuri jiġux applikati biss għal fatturi tar-riskju li jappartjenu għall-kategorija wiesgħa tal-fattur tar-riskju tal-komoditajiet, u, meta applikabbli, għall-kategorija wiesgħa tal-fattur tar-riskju tal-kambju;
|
|
(e)
|
jivverifikaw jekk it-tibdil ipotetiku u attwali relatat ma’ pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet humiex ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577.
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(iii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni tinkludi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji l-pożizzjonijiet miftuħin netti li jirriżultaw minn entitajiet differenti tal-grupp.
|
|
Artikolu 39 3
|
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw wieħed miż-żewġ approċċi li ġejjin:
|
(a)
|
fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar meħudin f’data ta’ referenza ta’ rapportar partikolari, jivverifikaw jekk dawk il-pożizzjonijiet humiex inklużi fl-ambitu tal-pożizzjonijiet koperti fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni jew tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress f’dik id-data ta’ referenza ta’ rapportar jew fl-ambitu tal-pożizzjonijiet tal-approċċ standardizzat alternattiv;
|
|
(b)
|
jirrikjedu li l-istituzzjoni tirrikonċilja, minn naħa waħda, il-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar meħudin f’data ta’ referenza ta’ rapportar partikolari u, min-naħa l-oħra, il-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma fl-ambitu tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji u fl-ambitu tal-approċċ standardizzat alternattiv f’dik id-data ta’ referenza ta’ rapportar.
|
|
|
Artikolu 39 4
|
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi tipi ta’ pożizzjonijiet li huma inklużi fil-mudell u li jirriżultaw minn assi u minn obbligazzjonijiet li ma jattirawx riskju tas-suq meta r-rekwiżiti ta’ fondi proprji jiġu kkalkolati fil-livell individwali, iżda jattirawh meta r-rekwiżiti ta’ fondi proprji jiġu kkalkolati fil-livell konsolidat minħabba r-riskju tal-qlib.
|
|
Artikolu 39 5
|
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a)(v), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tirrikonċilja l-entrati li l-istituzzjoni identifikat bħala li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577 għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji bl-approċċ ta’ mudell intern alternattiv, bl-entrati li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli.
|
|
Artikolu 39 6
|
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar u għal data ta’ referenza għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni kif imsemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress kif imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-lista ta’:
|
(i)
|
fatturi tar-riskju użati bħala inputs sabiex jiġi ddeterminat il-valur ġust li jikkostitwixxi l-bażi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif meħtieġ mill-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577;
|
|
(ii)
|
mill-fatturi tar-riskju inklużi fil-lista msemmija fil-punt (i), dawk il-fatturi tar-riskju li fuqhom l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri li jikkalkolaw il-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament;
|
|
|
(b)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-valur tal-fatturi tar-riskju msemmijin fil-punt (a) fid-dati li ġejjin:
|
(i)
|
id-data li fiha ġie ddeterminat l-aħħar valur ġust disponibbli;
|
|
(ii)
|
id-data ta’ referenza ta’ rapportar partikolari għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni jew tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress;
|
|
|
(c)
|
jivverifikaw jekk:
|
(i)
|
għal pożizzjonijiet li għalihom ma jintużax it-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, il-valur tal-fatturi tar-riskju li ma jirriflettux ir-riskju tal-kambju ma ġiex aġġornat bejn iż-żewġ dati msemmijin fil-punti (b)(i) u (b)(ii);
|
|
(ii)
|
għal pożizzjonijiet li għalihom jintuża t-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, il-valur tal-fatturi tar-riskju kollha jkunx aġġornat bejn iż-żewġ dati msemmijin fil-punti (b)(i) u (b)(ii);
|
|
(iii)
|
il-fatturi tar-riskju msemmijin fil-punt (a)(ii) humiex relatati biss mar-riskju tal-kambju, irrispettivament minn jekk jintużax it-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577.
|
|
|
|
Artikolu 39 7
|
7. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar u għal data ta’ referenza għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni kif imsemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress kif imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:
|
(a)
|
jivvalutaw kif l-istituzzjoni tissepara l-fatturi tar-riskju tal-kambju minn inputs oħrajn użati sabiex tiddetermina l-valur kontabilistiku ta’ pożizzjoni;
|
|
(b)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-lista ta’ fatturi tar-riskju mill-fatturi tar-riskju tal-kambju msemmijin fil-punt (a) li fuqhom l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri meta tikkalkola l-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament;
|
|
(c)
|
jiksbu l-valur tal-fatturi tar-riskju tal-kambju u ta’ inputs oħrajn użati sabiex jiddeterminaw il-valur kontabilistiku fid-dati li ġejjin:
|
(i)
|
id-data li fiha jkun ġie ddeterminat l-aħħar valur kontabilistiku disponibbli;
|
|
(ii)
|
id-data ta’ referenza ta’ rapportar partikolari għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress;
|
|
|
(d)
|
jivverifikaw jekk:
|
(i)
|
għal pożizzjonijiet li għalihom ma jintużax it-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, l-inputs tal-valwazzjoni li ma jirriflettux ir-riskju tal-kambju ma ġewx aġġornati bejn iż-żewġ dati msemmijin fil-punti (c)(i) u (c)(ii);
|
|
(ii)
|
għal pożizzjonijiet li għalihom jintuża t-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577, l-inputs ta’ valwazzjoni, inklużi l-fatturi tar-riskju tal-kambju, ġewx aġġornati bejn iż-żewġ dati msemmijin fil-punti (c)(i) u (c)(ii);
|
|
(iii)
|
il-fatturi tar-riskju msemmijin fil-punt (b) humiex relatati biss mar-riskju tal-kambju, irrispettivament minn jekk jintużax it-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577.
|
|
|
|
Artikolu 39 8
|
8. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar u għal data ta’ referenza għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-lista ta’:
|
(i)
|
fatturi tar-riskju użati bħala inputs sabiex jiġi ddeterminat il-valur ġust li jikkostitwixxi l-bażi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif meħtieġ mill-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577;
|
|
(ii)
|
mill-fatturi tar-riskju inklużi fil-lista msemmija fil-punt (a), dawk il-fatturi tar-riskju li fuqhom l-istituzzjoni tapplika xenarju ta’ xokk futur meta tikkalkola l-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ix-xenarju estrem ta’ xokk futur meta tikkalkola l-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament;
|
|
|
(b)
|
jivverifikaw jekk fil-lista msemmija fil-punt (a)(ii), hemmx biss fatturi tar-riskju li jirriflettu r-riskju tal-komoditajiet, u r-riskju tal-kambju meta applikabbli.
|
|
|
Artikolu 39 9
|
9. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar, japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni li ġej:
|
(a)
|
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi deskrizzjoni tal-inputs ta’ valwazzjoni użati sabiex tiddetermina l-valur kontabilistiku jew il-valur ġust tal-pożizzjoni;
|
|
(b)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi l-valuri ta’ tali inputs ta’ valwazzjoni fl-aħħar tal-jum wara l-kalkolu tan-numru tal-valur fir-riskju msemmi fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-aħħar tal-jum ta’ qabel, kif użat fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll;
|
|
(c)
|
jivverifikaw jekk, skont il-pożizzjoni soġġetta għall-valutazzjoni, il-valuri jkunux aġġornati jew miżmumin mingħajr tibdil kif meħtieġ mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1577.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|