1. Meta jivvalutaw jekk mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-miżuri tan-nuqqas mistenni mingħajr restrizzjoni u tal-kejl tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kategoriji wisgħin kollha ta’ fatturi tar-riskju bi frekwenza mnaqqsa kif imsemmi fl-Artikolu 325bb(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
(a)
janalizzaw il-proċess li tuża l-istituzzjoni sabiex tiddetermina l-jum tal-ġimgħa meta jsiru l-kalkoli;
(b)
jivverifikaw li tnaqqis fil-frekwenza tal-kalkolu ma jwassalx għal sottovalutazzjoni tar-riskju.
jivverifikaw jekk l-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni tkunx adegwata sabiex turi li ma hemm l-ebda sottovalutazzjoni tar-riskju;
(b)
jivverifikaw jekk l-evoluzzjoni taċ-ċifri ta’ kuljum għal UESt,
,
u
ikkalkolati fuq il-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll kif meħtieġ mill-Artikolu 325bb(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ma turix sistematikament profil tar-riskju aktar baxx fil-jum magħżul mill-istituzzjoni.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta jkun hemm ħjiel ta’ profil tar-riskju sistematikament aktar baxx, jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi:
(a)
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikkalkola kuljum u għal perjodu partikolari l-miżuri tan-nuqqas mistenni mingħajr restrizzjoni
u l-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni
,
u
għal kull kategorija wiesgħa ta’ fattur tar-riskju;
(b)
janalizzaw jekk dawk il-miżuri jkunux sistematikament aktar baxxi fil-jum magħżul mill-istituzzjoni.