2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqabblu, fuq il-bażi ta’ kampjun tas-serje kronoloġiċi:
|
(a)
|
il-volatilità u karatteristiċi distributtivi oħrajn tax-xenarju ta’ xokkijiet futuri applikati għal fattur tar-riskju partikolari fil-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni;
|
|
(b)
|
il-volatilità u karatteristiċi distributtivi oħrajn tar-ritorni osservati għall-fattur tar-riskju partikolari.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi kemm tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll tal-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.