+Artikolu 43 Valutazzjoni tas-suppożizzjoni distributtiva u statistika
---+Artikolu 43 1
---+Artikolu 43 2
---+Artikolu 43 3

Artikolu 43 Valutazzjoni tas-suppożizzjoni distributtiva u statistika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 1

1.   Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern tal-istituzzjoni huwiex implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit għall-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmijin fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex tiġi riflessa d-data osservata storikament f’konformità mal-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), u mal-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

(a)

is-suppożizzjonijiet distributtivi u kwalunkwe suppożizzjoni statistika rilevanti oħra użata fil-mudell, inklużi l-volatilità u l-korrelazzjonijiet, ikunux ġustifikati sew, inkluż fir-rigward tat-tarf tad-distribuzzjonijiet rilevanti għall-kalkolu tan-nuqqas mistenni;.

(b)

il-korrelazzjonijiet empiriċi li l-istituzzjoni tuża meta tapplika xenarju ta’ xokkijiet futuri sabiex tirrifletti l-moviment konġunt tal-fatturi tar-riskju fil-kalkolu tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmijin fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunux ibbażati fuq data osservata storikament f’konformità mal-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), u mal-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jeħtieġu li l-istituzzjoni:

(a)

tipprovdi kampjun tas-serje kronoloġiċi;

(b)

tikkalkola l-korrelazzjonijiet empiriċi fost dawk is-serje kronoloġiċi;

(c)

tivverifika jekk il-korrelazzjonijiet imsemmijin fil-punt (b) ikunux materjalment differenti mill-korrelazzjonijiet użati mill-istituzzjoni fil-mudell intern tagħha tal-kejl tar-riskji.

Artikolu 43 2

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqabblu, fuq il-bażi ta’ kampjun tas-serje kronoloġiċi:

(a)

il-volatilità u karatteristiċi distributtivi oħrajn tax-xenarju ta’ xokkijiet futuri applikati għal fattur tar-riskju partikolari fil-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni;

(b)

il-volatilità u karatteristiċi distributtivi oħrajn tar-ritorni osservati għall-fattur tar-riskju partikolari.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi kemm tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll tal-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 43 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq kampjun ta’ fatturi tar-riskju, iwettqu testijiet addizzjonali, inklużi testijiet tan-normalità, sabiex jivvalutaw jekk id-distribuzzjonijiet assunti mill-istituzzjoni jkunux adegwati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-istituzzjoni tipprovdi l-impatt li l-użu ta’ distribuzzjonijiet alternattivi jkollu fuq il-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.