+Artikolu 49 1

Artikolu 49 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-estimu tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni interna tkoprix l-aspetti kollha msemmijin fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jeħtiġux il-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika:

(a)

il-metodi li l-istituzzjoni tuża sabiex tistma t-telf fil-każ ta’ inadempjenzi, inkluża l-materjalità, f’termini tad-daqs tal-pożizzjonijiet u tal-kontribut għar-rekwiżit ta’ fond proprju għar-riskju ta’ inadempjenza, ta’ kull metodu differenti;

(b)

għal kull pożizzjoni, il-valur tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza, jekk il-pożizzjoni tkunx dejn subordinat, dejn superjuri mhux garantit, bond kopert, jew kwalunkwe tip ieħor ta’ pożizzjoni, u jekk:

(i)

it-telf fil-każ ta’ inadempjenza jkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, u jekk jintużax għall-iskopertura tal-portafoll tan-negozjar kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(6), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

it-telf fil-każ ta’ inadempjenza ma jkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, u jekk l-istituzzjoni tużax l-approċċ IRB sabiex tikseb it-telf fil-każ ta’ inadempjenza tal-pożizzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(6), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

it-telf fil-każ ta’ inadempjenza ma jkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, u jekk l-istituzzjoni tużax metodoloġija interna li tissodisfa r-rekwiżiti tal-approċċ IRB stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tiskbu;

(iv)

it-telf fil-każ ta’ inadempjenza ma jkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, u jekk l-istituzzjoni tużax metodoloġija interna li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(3) jew (4), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tiksbu;

(v)

it-telf fil-każ ta’ inadempjenza ma jkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, u jekk l-istituzzjoni tużax sorsi esterni kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tiksbu;

(c)

għall-pożizzjonijiet kollha, il-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jappartjenu għaliha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.