+Artikolu 49 Valutazzjoni tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi
---+Artikolu 49 1
---+Artikolu 49 2
---+Artikolu 49 3
|
Artikolu 49 Valutazzjoni tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1
|
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-estimu tat-telf fil-każ ta’ inadempjenzi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni interna tkoprix l-aspetti kollha msemmijin fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jeħtiġux il-produzzjoni ta’ inventarju aġġornat li jispeċifika:
|
(a)
|
il-metodi li l-istituzzjoni tuża sabiex tistma t-telf fil-każ ta’ inadempjenzi, inkluża l-materjalità, f’termini tad-daqs tal-pożizzjonijiet u tal-kontribut għar-rekwiżit ta’ fond proprju għar-riskju ta’ inadempjenza, ta’ kull metodu differenti;
|
|
(b)
|
għal kull pożizzjoni, il-valur tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza, jekk il-pożizzjoni tkunx dejn subordinat, dejn superjuri mhux garantit, bond kopert, jew kwalunkwe tip ieħor ta’ pożizzjoni, u jekk:
|
(i)
|
it-telf fil-każ ta’ inadempjenza jkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, u jekk jintużax għall-iskopertura tal-portafoll tan-negozjar kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(6), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(ii)
|
it-telf fil-każ ta’ inadempjenza ma jkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, u jekk l-istituzzjoni tużax l-approċċ IRB sabiex tikseb it-telf fil-każ ta’ inadempjenza tal-pożizzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(6), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(iii)
|
it-telf fil-każ ta’ inadempjenza ma jkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, u jekk l-istituzzjoni tużax metodoloġija interna li tissodisfa r-rekwiżiti tal-approċċ IRB stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tiskbu;
|
|
(iv)
|
it-telf fil-każ ta’ inadempjenza ma jkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, u jekk l-istituzzjoni tużax metodoloġija interna li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(3) jew (4), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tiksbu;
|
|
(v)
|
it-telf fil-każ ta’ inadempjenza ma jkunx disponibbli skont l-approċċ IRB għal skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar, u jekk l-istituzzjoni tużax sorsi esterni kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 sabiex tiksbu;
|
|
|
(c)
|
għall-pożizzjonijiet kollha, il-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jappartjenu għaliha.
|
|
|
Artikolu 49 2
|
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-estimu tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivverifikaw jekk il-granularità tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza tipprovdix differenzjazzjoni sinifikattiva tar-riskju u, fost l-oħrajn, jekk dik il-granularità tippermettix li tirrifletti b’mod xieraq is-superjorità tal-pożizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 325bp(6), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-kollateralizzazzjoni tiegħu;
|
|
(b)
|
jivverifikaw jekk l-estimi tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza kif ukoll l-inputs tad-data użati sabiex jiġu dderivati humiex aġġornati bi frekwenza li tiżgura li r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza jkunux sensittivi għar-riskju, u jekk kwalunkwe informazzjoni rilevanti ġdida hijiex riflessa fil-ħin, kif meħtieġ mill-Artikolu 325bp(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(c)
|
għal telf fil-każ ta’ inadempjenza li jinkiseb f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(i), jivverifikaw jekk kwalunkwe saff addizzjonali applikat għat-telf fil-każ ta’ inadempjenza skont l-approċċ IRB sabiex jinkisbu estimi aktar konservattivi jiġix applikat meta l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza;
|
|
(d)
|
għal telf fil-każ ta’ inadempjenza li jinkiseb f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii):
|
(i)
|
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tkunx segwiet il-proċess sabiex tistma t-telf fil-każ ta’ inadempjenza f’konformità mal-approċċ IRB f’konformità mal-politiki interni tal-istituzzjoni tal-IRB;
|
|
(ii)
|
fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet, jivverifikaw jekk it-telf fil-każ ta’ inadempjenza li tuża l-istituzzjoni jkunx identiku għall-istima li tiġi prodotta mis-sistemi tal-IT użati skont l-approċċ IRB;
|
|
(iii)
|
jivvalutaw il-varjabbli użati fl-approċċ IRB, u jivverifikaw fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet jekk l-inputs tad-data jeżistux u humiex affidabbli biżżejjed sabiex jiġi ddeterminat telf fil-każ ta’ inadempjenza xieraq;
|
|
|
(e)
|
għal telf fil-każ ta’ inadempjenza li jinkiseb f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(iii), ta’ dan l-Artikolu jirrieżaminaw ir-rapporti prodotti mill-validazzjoni interna, u l-awditjar intern rigward il-konformità tal-metodoloġija interna użata sabiex jinkiseb it-telf fil-każ ta’ inadempjenza mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(f)
|
għal telf fil-każ ta’ inadempjenza li jinkiseb f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b)(iv):
|
(i)
|
jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni interna li tappoġġa l-konformità tal-istituzzjoni mal-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 hijiex kompluta;
|
|
(ii)
|
fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet, jivvalutaw ir-raġunament għall-estimu tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza billi la jużaw il-metodoloġija interna msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u lanqas is-sorsi esterni msemmijin fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament Delegat;
|
|
(iii)
|
fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet li għalihom ir-raġunament imsemmi fil-punt (ii) ta’ dan il-paragrafu huwa relatat man-nuqqas ta’ data tal-input kif imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-punt (b)(i), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tissostanzjax il-fatt li d-data tal-input hija nieqsa;
|
|
(iv)
|
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni, bħala parti mill-politiki interni tagħha, speċifikatx il-perjodu ta’ żamma msemmi fl-Artikolu 3(2), il-punt (b)(ii), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, li taħtu l-istituzzjoni tqis aċċettabbli li ma tintużax il-metodoloġija interna li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti għall-approċċ IRB, u jivvalutaw jekk tali perjodu ta’ żamma jkunx konformi mal-portafoll tal-istituzzjoni, f’termini ta’ daqs, ta’ kumplessità u ta’ strateġija tan-negozjar;
|
|
(v)
|
jirrieżaminaw il-valur ta’ “m” ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 u, meta applikabbli, jeħtieġu li l-istituzzjoni tispjega s-sors ta’ kwalunkwe tibdil sinifikanti fil-valur tagħha matul it-trimestri preċedenti;
|
|
(vi)
|
jirrieżaminaw il-proċess li l-istituzzjoni segwiet sabiex tinvestiga jekk xi sorsi esterni addizzjonali jkunux disponibbli kif meħtieġ mill Artikolu 3(2), il-punt (c)(ii), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578;
|
|
(vii)
|
billi jużaw l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jivvalutaw jekk id-determinazzjoni tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 titwettaqx b’mod korrett;
|
|
|
(g)
|
għal telf fil-każ ta’ inadempjenza li jinkiseb f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b):
|
(i)
|
fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet, jivverifikaw jekk id-data użata sabiex jiġi stmat it-telf fil-każ ta’ inadempjenza hijiex rappreżentattiva għall-pożizzjoni;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk il-ġerarkija tas-sorsi esterni msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1578 tkunx speċifikata sew fid-dokumentazzjoni interna tal-istituzzjoni u jivverifikaw, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet, li dik il-ġerarkija tas-sorsi esterni tkun implimentata b’mod korrett;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw jekk l-estimi tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza jagħmlux distinzjoni bejn pożizzjonijiet li huma inadempjenti u pożizzjonijiet li ma humiex.
|
|
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jidentifikaw pożizzjonijiet li għalihom it-telf stmat fil-każ ta’ inadempjenza ma jkunx inbidel għal perjodu estensiv, jivvalutaw jekk humiex aġġornati u jivverifikaw li l-istituzzjoni tista’ tispjega r-raġunijiet wara l-valuri mhux mibdulin.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet, jivverifikaw jekk l-estimu tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza użat fl-approċċ IRB huwiex differenti mill-estimu tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza użat fil-kalkolu tar-rekwiżit tar-riskju ta’ inadempjenza.
Għall-finijiet tal-punt (g)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk id-data użata tirriflettix is-superjorità tal-pożizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 325bp(6), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u r-reġjun jew is-settur.
Għall-finijiet tal-punt (g)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw jekk l-estimi tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza jagħmlux distinzjoni bejn pożizzjonijiet li huma inadempjenti u pożizzjonijiet li ma humiex billi jivvalutaw l-estimu assenjat mill-istituzzjoni għal pożizzjonijiet tal-istess emittent li huma inadempjenti u li ma humiex inadempjenti inklużi fl-ambitu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għar-riskju ta’ inadempjenza.
|
|
Artikolu 49 3
|
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jirrikjedu li l-istituzzjoni tistma t-telf fil-każ ta’ inadempjenza b’metodu ieħor fost il-metodi stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/1578, u jispjegaw id-differenzi fir-riżultati miksubin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|