+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 98(5a), it-tielet subparagrafu, tagħha,

Billi:

(1)

Ix-xenarji ta’ xokk superviżorji ġew speċifikati mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee on Banking Supervision, BCBS) (2) u huma riflessi fil-Linji Gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar il-ġestjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet li mhumiex parti mill-portafoll tan-negozjar (3) li japplikaw mit-30 ta’ Ġunju 2019. Huwa xieraq li x-xenarji ta’ xokk superviżorji stabbiliti f’dan ir-Regolament jibnu fuq dik l-ispeċifikazzjoni u dik il-metodoloġija.

(2)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità u tal-introjtu mill-imgħax nett, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati s-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi li jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw. Għal dak l-għan, għall-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett, jenħtieġ li tintuża suppożizzjoni kostanti tal-karta bilanċjali fuq perjodu ta’ sena, filwaqt li, għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, jenħtieġ li tintuża suppożizzjoni ta’ karta bilanċjali b’waqfien naturali meta l-pożizzjonijiet li jimmaturaw ma jiġux sostitwiti. Dawn is-suppożizzjonijiet għandhom l-għan li jipprovdu bilanċ tajjeb f’termini tal-preċiżjoni tal-kalkolu, l-affidabbiltà tal-istimi u l-kumplessità operazzjonali.

(3)

Sabiex jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn l-iżgurar tal-komparabbiltà tar-riżultati u l-għoti tal-flessibbiltà meħtieġa minħabba l-orizzont fit-tul u kumplessità operazzjonali inerenti, jenħtieġ li l-marġnijiet kummerċjali u l-komponenti tal-firxa jiġu inklużi fil-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett, iżda għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jipproċedu f’konformità mal-approċċ ta’ ġestjoni u kejl interni tagħhom għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar.

(4)

Skont l-istandards tal-BCBS, jenħtieġ li kwalunkwe test tal-anomalija awtorizzat flimkien mat-test dwar il-valur ekonomiku tal-ekwità juża limitu biex jidentifika banek anomali li jkun tal-anqas strett daqs dak applikat għat-test fuq il-valur ekonomiku tal-ekwità (15 % tal-kapital tal-Grad 1). Jenħtieġ li dak il-livell limitu fil-fatt jirrifletti l-ambjent attwali b’mod prudenzjalment sod u proporzjonat, u b’hekk jikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali u l-kisba ta’ armonizzazzjoni madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqies ukoll il-fatt li jekk jinqabżu l-limiti għat-testijiet tal-anomalija għall-valur ekonomiku tal-ekwità u għall-introjtu mill-imgħax nett, la l-istituzzjonijiet ma neċessarjament ikunu meħtieġa jikkalibraw mill-ġdid l-arranġamenti, il-proċessi jew il-mekkaniżmi interni tagħhom, u l-mudelli u l-approċċi korrispondenti, u lanqas ma jinvolvi l-eżerċizzju awtomatiku tas-setgħat superviżorji, meta l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata, proporzjonata għall-mudell tan-negozju u l-istituzzjoni ma tkunx esposta b’mod eċċessiv għal tali riskju.

(5)

Sabiex jiġu żgurati metodoloġiji armonizzati għat-testijiet superviżorji tal-anomalija dwar x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir fl-introjtu mill-imgħax nett bħala riżultat ta’ bidla f’daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax, jenħtieġ li jiġi introdott livell limitu tal-anqas strett daqs il-limitu għat-test superviżorju tal-anomalija fuq il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll speċifikazzjoni tal-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(7)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0856
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.