+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/856 tal-1 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ix-xenarji ta’ xokk superviżorji, is-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi u x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Xenarji ta’ xokk superviżorji
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 1 3
------+Artikolu 1 4
---+Artikolu 2 Speċifikazzjoni tax-xenarji ta’ xokk superviżorji
------+Artikolu 2 (1)
------+Artikolu 2 (2)
------+Artikolu 2 (3)
------+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 3 Bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità tal-istituzzjoni
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
------+Artikolu 3 5
------+Artikolu 3 6
------+Artikolu 3 7
------+Artikolu 3 8
------+Artikolu 3 9
------+Artikolu 3 10
---+Artikolu 4 Bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett tal-istituzzjoni
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 4 4
---+Artikolu 5 Tnaqqis kbir
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
---+Artikolu 6 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS
English - European Union - Financial Industry - Banking -

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/856 tal-1 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ix-xenarji ta’ xokk superviżorji, is-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi u x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/856

tal-1 ta’ Diċembru 2023

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ix-xenarji ta’ xokk superviżorji, is-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi u x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 98(5a), it-tielet subparagrafu, tagħha,

Billi:

(1)

Ix-xenarji ta’ xokk superviżorji ġew speċifikati mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee on Banking Supervision, BCBS) (2) u huma riflessi fil-Linji Gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar il-ġestjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet li mhumiex parti mill-portafoll tan-negozjar (3) li japplikaw mit-30 ta’ Ġunju 2019. Huwa xieraq li x-xenarji ta’ xokk superviżorji stabbiliti f’dan ir-Regolament jibnu fuq dik l-ispeċifikazzjoni u dik il-metodoloġija.

(2)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità u tal-introjtu mill-imgħax nett, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati s-suppożizzjonijiet komuni ta’ mmudellar u parametriċi li jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw. Għal dak l-għan, għall-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett, jenħtieġ li tintuża suppożizzjoni kostanti tal-karta bilanċjali fuq perjodu ta’ sena, filwaqt li, għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, jenħtieġ li tintuża suppożizzjoni ta’ karta bilanċjali b’waqfien naturali meta l-pożizzjonijiet li jimmaturaw ma jiġux sostitwiti. Dawn is-suppożizzjonijiet għandhom l-għan li jipprovdu bilanċ tajjeb f’termini tal-preċiżjoni tal-kalkolu, l-affidabbiltà tal-istimi u l-kumplessità operazzjonali.

(3)

Sabiex jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn l-iżgurar tal-komparabbiltà tar-riżultati u l-għoti tal-flessibbiltà meħtieġa minħabba l-orizzont fit-tul u kumplessità operazzjonali inerenti, jenħtieġ li l-marġnijiet kummerċjali u l-komponenti tal-firxa jiġu inklużi fil-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett, iżda għall-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jipproċedu f’konformità mal-approċċ ta’ ġestjoni u kejl interni tagħhom għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll mhux tan-negozjar.

(4)

Skont l-istandards tal-BCBS, jenħtieġ li kwalunkwe test tal-anomalija awtorizzat flimkien mat-test dwar il-valur ekonomiku tal-ekwità juża limitu biex jidentifika banek anomali li jkun tal-anqas strett daqs dak applikat għat-test fuq il-valur ekonomiku tal-ekwità (15 % tal-kapital tal-Grad 1). Jenħtieġ li dak il-livell limitu fil-fatt jirrifletti l-ambjent attwali b’mod prudenzjalment sod u proporzjonat, u b’hekk jikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali u l-kisba ta’ armonizzazzjoni madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqies ukoll il-fatt li jekk jinqabżu l-limiti għat-testijiet tal-anomalija għall-valur ekonomiku tal-ekwità u għall-introjtu mill-imgħax nett, la l-istituzzjonijiet ma neċessarjament ikunu meħtieġa jikkalibraw mill-ġdid l-arranġamenti, il-proċessi jew il-mekkaniżmi interni tagħhom, u l-mudelli u l-approċċi korrispondenti, u lanqas ma jinvolvi l-eżerċizzju awtomatiku tas-setgħat superviżorji, meta l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata, proporzjonata għall-mudell tan-negozju u l-istituzzjoni ma tkunx esposta b’mod eċċessiv għal tali riskju.

(5)

Sabiex jiġu żgurati metodoloġiji armonizzati għat-testijiet superviżorji tal-anomalija dwar x’jikkostitwixxi tnaqqis kbir fl-introjtu mill-imgħax nett bħala riżultat ta’ bidla f’daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax, jenħtieġ li jiġi introdott livell limitu tal-anqas strett daqs il-limitu għat-test superviżorju tal-anomalija fuq il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll speċifikazzjoni tal-kalkolu tal-introjtu mill-imgħax nett.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(7)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

Artikolu 1 Xenarji ta’ xokk superviżorji
Artikolu 2 Speċifikazzjoni tax-xenarji ta’ xokk superviżorji

Mogħtija għal kull munita c id-daqs speċifikat tax-xokkijiet paralleli, qosra u twal fuq ir-rata tal-imgħax “mingħajr riskju”, għandhom jiġu applikati l-parametrizzazzjonijiet li ġejjin tas-sitt xenarji ta’ xokk superviżorji:

Artikolu 3 Bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità tal-istituzzjoni
Artikolu 4 Bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett tal-istituzzjoni
Artikolu 5 Tnaqqis kbir
Artikolu 6 Dħul fis-seħħ

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  SRP – Supervisory review process – SRP31 – Interest rate risk in the banking book (ħolqa).

(3)  EBA/GL/2018/02 tat-18 ta’ Lulju 2018 (ħolqa).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/857 tal-1 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw metodoloġija standardizzata u metodoloġija standardizzata ssimplifikata biex jiġu evalwati r-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett ta’ attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni (ĠU L, 2024/857, 24.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/857/oj).

ANNESS

ANNESS

Parti A: Xokkijiet tar-rati tal-imgħax

Formula

 

ARS

AUD

BGN

BRL

CAD

CHF

CNY

CZK

DKK

EUR

GBP

Paralleli

400

300

250

400

200

100

250

200

200

200

250

Fil-qosor

500

450

350

500

300

150

300

250

250

250

300

Fit-tul

300

200

150

300

150

100

150

100

150

100

150


 

HKD

HUF

IDR

INR

JPY

KRW

MXN

PLN

RON

RUB

SAR

Paralleli

200

300

400

400

100

300

400

250

350

400

200

Fil-qosor

250

450

500

500

100

400

500

350

500

500

300

Fit-tul

100

200

350

300

100

200

300

150

250

300

150


 

SEK

SGD

TRY

USD

ZAR

Paralleli

200

150

400

200

400

Fil-qosor

300

200

500

300

500

Fit-tul

150

100

300

150

300


ARS

Peso Arġentin

INR

Rupee Indjan

AUD

Dollaru Awstraljan

JPY

Yen Ġappuniż

BGN

Lev Bulgaru

KRW

Won Sud Korean

BRL

Real Brażiljan

MXN

Peso Messikan

CAD

Dollaru Kanadiż

PLN

Zloty Pollakk

CHF

Frank Żvizzeru

RON

Leu Rumen

CNY

Yuan Ċiniż

RUB

Rublu Russu

CZK

Krona Ċeka

SAR

Riyal Sawdi

DKK

Krona Daniża

SEK

Krona Żvediża

EUR

Euro

SGD

Dollaru Singaporjan

GBP

Lira sterlina

TRY

Lira Torka

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

USD

Dollaru Amerikan

HUF

Forint Ungeriż

ZAR

Rand Sud Afrikan

IDR

Rupiah Indoneżjan

 

 

Parti B: Kalibrazzjoni ta’ xokkijiet fir-rati tal-imgħax għal muniti mhux imsemmija fil-Parti A

(1)

L-istituzzjonijiet għandhom l-ewwel jikkalkulaw ir-rata medja tal-imgħax ta’ kuljum billi jiġbru serje kronoloġika ta’ 16-il sena ta’ rati tal-imgħax “mingħajr riskju” ta’ kuljum, mingħajr firxiet tal-kreditu jew firxiet tal-likwidità speċifiċi għall-istrumenti jew speċifiċi għall-entità, għal kull munita għall-maturitajiet 3M, 6M, 1Y, 2Y, 5Y, 7Y, 10Y, 15Y u 20Y u mbagħad jikkalkolaw ir-rata tal-imgħax medja aritmetika għal kull munita c għall-osservazzjonijiet kollha fis-serje kronoloġika u għall-maturitajiet kollha. Ir-riżultat għandu jkun miżura waħda għal kull munita.

(2)

Meta r-rata medja tal-imgħax ikkalkulata f’konformità mal-punt (1) għall-ewwel seba’ snin tkun akbar minn 700 punt bażi, għandha tintuża d-data mill-aktar 10 snin reċenti, soġġett għad-disponibbiltà tad-data. Meta r-rata medja tal-imgħax ikkalkulata f’konformità mal-punt (1) għall-ewwel seba’ snin tkun 700 punt bażi jew inqas, għandha tintuża s-serje kronoloġika sħiħa ta’ 16-il sena ta’ data.

(3)

Ix-xokk parallel, fil-qosor u fit-tul tar-rata tal-imgħax skont il-munita għandu jiġi derivat mill-applikazzjoni tal-parametru tax-xokk globali rilevanti mit-Tabella 1 għar-rata tal-imgħax medja kkalkolata f’konformità mal-punt (1) u (2).

Tabella 1

Parametri tax-xokk tar-rata tal-imgħax globali tal-linja bażi

Paralleli

Formula

60 %

Fil-qosor

Formula

85 %

Fit-tul

Formula

40 %

(4)

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw minimu ta’ 100 punt bażi kif ukoll limiti massimi varjabbli ta’ 500 punt bażi għax-xokk fuq terminu qasir, 400 punt bażi għax-xokk parallel u 300 punt bażi għax-xokk fit-tul, rispettivament.

(5)

Is-sett ta’ xokkijiet fir-rati tal-imgħax skont il-munita mbagħad għandu jitqarreb għall-eqreb 50 punt bażi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0856
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.