1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom iżommu u jaqsmu mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti lista aġġornata għal kull istituzzjoni li fiha l-kuntatti rilevanti, inklużu l-kuntatti ta' emerġenza għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju bil-kuntatti tagħhom u b'kull bidla f'dawn il-kuntatti mingħajr dewmien żejjed. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti għandhom jirrevedu l-lista tal-kuntatti kull sena.