+Artikolu 3 Proċeduri operattivi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6

Artikolu 3 Proċeduri operattivi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom iżommu u jaqsmu mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti lista aġġornata għal kull istituzzjoni li fiha l-kuntatti rilevanti, inklużu l-kuntatti ta' emerġenza għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju bil-kuntatti tagħhom u b'kull bidla f'dawn il-kuntatti mingħajr dewmien żejjed. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti għandhom jirrevedu l-lista tal-kuntatti kull sena.

Artikolu 3 2

2.   L-informazzjoni għandha tiġi skambjata f'forma miktuba jew elettronika u għandha tkun indirizzata lejn persuni ta' kuntatt rilevanti identifikati fil-lista ta' kuntatti msemmija fil-paragrafu 1 sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor minn awtorità li titlob l-informazzjoni.

Artikolu 3 3

3.   Meta l-informazzjoni tiġi skambjata f'forma elettronika, ta' mezzi sikuri ta' komunikazzjoni għandhom jintużaw sakemm l-awtoritajiet kompetenti jqisu li hu xieraq li jużaw kanali ta' komunikazzjoni mhux garantiti.

Artikolu 3 4

4.   L-informazzjoni li ġejja tista' tiġi pprovduta verbalment qabel ma tiġi kkonfermata f'forma miktuba jew elettronika:

(a)

informazzjoni dwar in-nonkonformità ma' rekwiżiti leġiżlattivi jew regolatorji;

(b)

informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri superviżorji jew miżuri oħra amministrattivi;

(c)

informazzjoni dwar l-impożizzjoni ta' pieni amministrattivi jew kriminali;

(d)

informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta' stress ta' likwidità.

Artikolu 3 5

5.   l-awtoritajiet kompetenti għandhom jtikkonfermaw l-irċevuta tal-informazzjoni. Fejn l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta f'forma elettronika permezz ta' mezz sikur ta' komunikazzjoni l-konferma għandha tiġi pprovduta permezz tal-istess mezz. M'hemmx għalfejn tintalab konferma għal informazzjoni li tkun ġiet ipprovduta bil-fomm jew bl-użu ta' kanal sikur ta' komunikazzjoni li tippermetti lill-emittent li jirċievi konferma li r-riċevent irċieva l-informazzjoni.

Artikolu 3 6

6.   Fejn kulleġġ ta' superviżuri ġie stabbilit skont l- Artikolu 51(3) tad- Direttiva 2013/36/UE u fejn il-fergħat kollha tal-istituzzjoni huma kkunsidrati bħala sinifikanti l-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw. F'każijiet bħal dawn l-informazzjoni għandha tiġi skambjata permezz tal-proċedura stabbilita f'arranġamenti bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.