|
+Artikolu 4b 5. |
Artikolu 4b 5.L-awtorità kompetenti li tawtorizza fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE għandha, qabel ma tranżazzjoni ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar li tirriżulta minn eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar imwettaq minn dak il-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar tkun tista’ tiġi eżentata mill-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-paragrafu 1, tagħmel dan li ġej mingħajr dewmien bla bżonn:
(a)
tinnotifika l-isem tal-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar lill-AETS; u
(b)
tikkondividi mal-AETS il-valutazzjoni tagħha tal-mod kif ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ġew rispettati mill-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar. L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha, mill-anqas fuq bażi annwali, tikkonferma lill-AETS li l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għadu jirrispetta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jew li dak il-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għadux iforni servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar, skont il-każ. L-AETS għandha tittrażmetti l-informazzjoni li tirċievi skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu lill-awtoritajiet ta’ kull Stat Membru b’setgħat superviżorji b’rabta mal-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1). L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-AETS meta l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għadux jirrispetta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Meta tirċievi tali notifika, l-AETS għandha tneħħi lill-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar mil-lista msemmija fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Mid-data li fiha l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ikun tneħħa minn dik il-lista, it-tranżazzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar li jirriżultaw minn eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għandhomx jibqgħu jkunu eżenti mill-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-paragrafu 1. L-AETS għandha, fuq bażi annwali, tippubblika lista ta’ fornituri tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar innotifikati lill-AETS skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|