+Artikolu 4b Servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar
---+Artikolu 4b 1.
---+Artikolu 4b 2.
---+Artikolu 4b 3.
---+Artikolu 4b 4.
---+Artikolu 4b 5.
---+Artikolu 4b 6.
|
Artikolu 4b Servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4b 1.
|
Mingħajr preġudizzju għat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju fl-ambitu tal-Artikolu 11, l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) ma għandux japplika għal kuntratt tad-derivati OTC inizjat u konkluż bħala riżultat ta’ eżerċizzju eliġibbli ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar (“tranżazzjoni ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar”) li jsir skont il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 4b 2.
|
Tranżazzjoni ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandha biss tkun eżenti mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) meta:
(a)
l-entità li twettaq l-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar (“fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar”) tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti skont il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu; u
(b)
kull parteċipant fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ikun konformi mar-rekwiżiti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 4b 3.
|
Eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandu:
(a)
jitwettaq minn entità awtorizzata skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE li tkun indipendenti tal-kontropartijiet għall-kuntratti tad-derivati OTC inklużi fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(b)
jikseb tnaqqis fir-riskju f’kull wieħed mill-portafolji sottoposti għall-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(c)
jiġi aċċettat bis-sħiħ u, b’riżultat ta’ dan, il-parteċipanti fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għandhomx ikunu jistgħu jagħżlu liema tranżazzjonijiet għandhom jiġu eżegwiti fl-ambitu tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(d)
ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni biss tal-entitajiet li inizjalment jissottoponu portafoll għall-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(e)
ikun newtrali għar-riskju tas-suq;
(f)
ma jikkontribwix għall-formazzjoni tal-prezzijiet;
(g)
jieħu l-forma eżerċizzju ta’ kompressjoni, ta’ riekwilibriju jew ta’ ottimizzazzjoni jew kombinazzjoni tagħhom;
(h)
jiġi eżegwit fuq bażi bilaterali jew multilaterali.
|
|
Artikolu 4b 4.
|
Fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għandu:
(a)
ikun konformi mar-regoli miftiehma minn qabel tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar, inklużi l-metodi u l-algoritmi f’ċikli preprogammati u jaġixxi b’mod raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorju;
(b)
jiżgura li l-entitajiet li jipparteċipaw f’eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma jkollhom l-ebda influwenza fuq ir-riżultat tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(c)
iwettaq eżerċizzji ta’ kompressjoni regolari meta l-eżerċizzji ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar jirriżultaw fi tranżazzjonijiet ġodda ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(d)
iżomm reġistri kompluti u akkurati tat-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti skont l-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar, inklużi:
(i)
l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru bħala parti mill-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(ii)
it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar bħala tranżazzjonijiet modifikati jew bħala tranżazzjonijiet ġodda; u
(iii)
il-bidla kumplessiva fir-riskju tal-portafolji differenti inklużi fl-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(e)
jagħmel disponibbli, fuq talba u mingħajr dewmien bla bżonn, ir-reġistri msemmija fil-punt (d) għall-awtorità kompetenti rilevanti u għall-AETS; u
(f)
jimmonitorja t-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar biex jiżgura, sa fejn ikun possibbli, li l-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma jirriżulta fl-ebda użu ħażin jew ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
|
|
Artikolu 4b 5.
|
L-awtorità kompetenti li tawtorizza fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE għandha, qabel ma tranżazzjoni ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar li tirriżulta minn eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar imwettaq minn dak il-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar tkun tista’ tiġi eżentata mill-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-paragrafu 1, tagħmel dan li ġej mingħajr dewmien bla bżonn:
(a)
tinnotifika l-isem tal-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar lill-AETS; u
(b)
tikkondividi mal-AETS il-valutazzjoni tagħha tal-mod kif ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ġew rispettati mill-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar.
L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha, mill-anqas fuq bażi annwali, tikkonferma lill-AETS li l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar għadu jirrispetta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jew li dak il-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għadux iforni servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar, skont il-każ. L-AETS għandha tittrażmetti l-informazzjoni li tirċievi skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu lill-awtoritajiet ta’ kull Stat Membru b’setgħat superviżorji b’rabta mal-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1). L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika lill-AETS meta l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għadux jirrispetta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Meta tirċievi tali notifika, l-AETS għandha tneħħi lill-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar mil-lista msemmija fil-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Mid-data li fiha l-fornitur tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ikun tneħħa minn dik il-lista, it-tranżazzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar li jirriżultaw minn eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar ma għandhomx jibqgħu jkunu eżenti mill-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-paragrafu 1. L-AETS għandha, fuq bażi annwali, tippubblika lista ta’ fornituri tas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar innotifikati lill-AETS skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
|
|
Artikolu 4b 6.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-elementi u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 u l-kundizzjonijiet jew il-karatteristiċi l-oħra li ġejjin tal-eżerċizzji ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar:
(a)
x’tikkostitwixxi newtralità għar-riskju tas-suq f’eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(b)
it-tnaqqis tar-riskju meħtieġ fil-portofolji sottoposti;
(c)
l-inklużjoni possibbli ta’ portofolji mħallta li jkun fihom tranżazzjonijiet kemm ikklerjati kif ukoll mhux ikklerjati fl-istess eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar u l-kundizzjonijiet li fihom tali inklużjoni tkun permessa;
(d)
ir-rekwiżiti rigward il-ġestjoni tal-eżerċizzju ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(e)
ir-rekwiżiti għat-tipi differenti ta’ servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar;
(f)
il-proċess għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija; u
(g)
il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|