|
+Artikolu 7e 1. |
Artikolu 7e 1.Is-CCPs awtorizzati skont l-Artikolu 14 għandhom jirrapportaw lill-AETS fuq bażi ta’ kull xahar, permezz tal-bażi ta’ data ċentrali stabbilita mill-AETS skont l-Artikolu 17c (il-“bażi tad-data ċentrali”), mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-valuri u l-volumi kklerjati għal kull munita u għal kull klassi ta’ assi, inkluż il-valur tal-pożizzjonijiet miżmuma mill-parteċipanti tal-ikklerjar;
(b)
l-investimenti tas-CCP;
(c)
il-kapital tas-CCP, inklużi r-riżorsi proprji ddedikati li jintużaw fil-kaskata ta’ inadempjenza kif imsemmija fl-Artikolu 45(4) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 9(14) tar-Regolament (UE) 2021/23;
(d)
ir-rekwiżiti tal-marġini tal-membri tal-ikklerjar, il-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza, u r-riżorsi impenjati kuntrattwalment fil-ġestjoni tal-inadempjenza jew fil-pjanijiet ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/23;
(e)
l-adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-marġni u tal-inadempjenza u tar-riżorsi tal-kaskata rigward l-Artikoli 41, 42 u 45;
(f)
ir-riżorsi likwidi disponibbli tas-CCP u r-riżultati tal-ittestjar tal-istress tal-likwidità;
(g)
id-dettalji tal-membri tal-ikklerjar, il-klijenti li jkollhom kontijiet segregati individwalment, il-partijiet terzi li jipprovdu attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju tas-CCP, il-fornituri materjali tal-likwidità konnessi mas-CCP, kif ukoll is-CCPs interoperabbli u konnessi.
(h)
kwalunkwe bidla li s-CCP tkun implimentat direttament f’konformità mal-Artikolu 15a. Il-membri tal-kulleġġ tas-CCP imsemmija fl-Artikolu 18 għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni pprovduta f’konformità ma’ dan l-Artikolu permezz tal-bażi tad-data ċentrali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|