|
+Artikolu 9 6. |
Artikolu 9 6.Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3, l-AETS għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:
(a)
l-istandards u l-formats tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, li għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:
(i)
identifikaturi globali tal-entitajiet ġuridiċi (LEIs);
(ii)
numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (international securities identification numbers, ISINs);
(iii)
identifikaturi uniċi tat-tranżazzjoni (unique trade identifiers, UTIs);
(b)
il-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar;
(c)
il-frekwenza tar-rapporti;
(d)
id-data sa meta l-kuntratti tad-derivattivi għandhom jiġu rrapportati. Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, l-AETS għandha tqis l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali miftiehma fil-livell tal-Unjoni jew dak globali, u l-konsistenza tagħhom mar-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2015/2365 ( 17 ) u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentattivi lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|