|
+Artikolu 11 12a. |
Artikolu 11 12a.L-ABE għandha tistabbilixxi funzjoni ta’ validazzjoni ċentrali għall-elementi u l-aspetti ġenerali tal-mudelli pro forma, u l-bidliet fihom, użati jew li għandhom jintużaw mill-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-ABE għandha tiġbor feedback mill-AETS, l-AEAPX, u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-kontropartijiet bl-użu tal-mudelli pro forma soġġetti għal validazzjoni, inkluż dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-mudelli pro forma, u għandha tikkoordina l-fehmiet tagħhom bil-għan li jiġi żviluppat kunsens dwar l-elementi u l-aspetti ġenerali tal-mudelli pro forma. L-ABE għandha sservi bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt għad-diskussjonijiet mal-parteċipanti fis-suq u l-iżviluppaturi ta’ dawk il-mudelli pro forma. Fir-rwol tagħha ta’ validatur ċentrali, l-ABE għandha tivvalida l-elementi u l-aspetti ġenerali ta’ dawk il-mudelli pro forma, inklużi l-kalibrazzjoni, id-disinn u l-kopertura tal-istrumenti, tal-klassijiet tal-assi u tal-fatturi ta’ riskju. L-ABE għandha tagħti jew tirrifjuta tali validazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni għall-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu, għal mudell pro forma ġdid u fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni għal bidla f’mudell diġà vvalidat. Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol ta’ validazzjoni tal-ABE, l-iżviluppaturi tal-mudelli pro forma għandhom, fuq talba tal-ABE, jissottomettu lill-ABE l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa. L-ABE għandha tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fil-proċessi ta’ awtorizzazzjoni tagħhom rigward l-aspetti ġenerali tal-implimentazzjoni tal-mudelli skont il-paragrafu 3. Għal dak l-għan, l-ABE għandha tħejji rapport annwali dwar l-aspetti rilevanti tal-ħidma ta’ validazzjoni tagħha, inkluża l-verifika tal-kalibrazzjoni tal-mudelli skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-analiżi tal-kwistjonijiet irrapportati. Fejn tqis li jkun meħtieġ, l-ABE għandha toħroġ, f’kooperazzjoni mal-AETS u l-AEAPX, rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 indirizzati lil dawk l-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jassistu lill-ABE fl-abbozzar tar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ABE, fuq talba tagħha, l-informazzjoni miġbura matul il-proċess ta’ awtorizzazzjoni inizjali u kontinwu tagħhom fil-livell tal-entità tal-mudelli skont il-paragrafu 3, jew bidliet fihom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu unikament responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-mudelli skont il-paragrafu 3, jew għal bidliet għalihom, fil-livell tal-entità taħt superviżjoni. L-ABE għandha titlob tariffa annwali, għal kull mudell pro forma, mingħand il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10(1) bl-użu tal-mudelli pro forma vvalidati mill-ABE skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ABE l-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li jimplimentaw mudelli soġġetti għall-proċess ta’ validazzjoni skont l-ewwel subparagrafu. It-tariffa għandha tkun proporzjonata għall-ammont nozzjonali pendenti medju fix-xahar ta’ derivati OTC ikklerjati mhux ċentralment matul l-aħħar 12-il xahar tal-kontropartijiet ikkonċernati bl-użu tal-mudelli pro forma vvalidati mill-ABE u għandha tiġi assenjata biex tkopri l-kostijiet kollha mġarrba mill-ABE għat-twettiq tal-kompiti tagħha f’konformità mal-ewwel subparagrafu. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “mudell pro forma” tfisser mudell ta’ marġni inizjali stabbilit, ippubblikat u rivedut permezz ta’ inizjattivi mmexxija mis-suq. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:
(a)
il-metodu għad-determinazzjoni tal-ammont tat-tariffi; u
(b)
il-modalitajiet tal-ħlas tat-tariffi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|