+Artikolu 13 Mekkaniżmu biex jiġu evitati regoli duplikattivi jew konfliġġenti fir-rigward ta’ kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn CCP
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.

Artikolu 13 Mekkaniżmu biex jiġu evitati regoli duplikattivi jew konfliġġenti fir-rigward ta’ kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn CCP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-ASE fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni internazzjonali tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 11, b’mod partikolari fir-rigward ta’ rekwiżiti potenzjali duplikattivi u kunfliġġenti fuq il-parteċipanti fis-suq, u tirrakkomanda azzjoni possibbli.
Artikolu 13 2.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti implimentattivi li jiddikjaraw li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar ta’ pajjiż terz:

(a) 

ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11;

(b) 

jiżguraw protezzjoni tas-sigriet professjonali li tkun ekwivalenti għal dik stipulata fl-Artikolu 83; u

(c) 

ikunu qed jiġu applikati u infurzati b’mod effettiv b’mod ekwu u mhux distorżiv sabiex jiżguraw is-superviżjoni u l-infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

Artikolu 13 3.
Att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jimplika li l-kontropartijiet li jidħlu f’kuntratt tad-derivati OTC mhux ikklerjat minn CCP soġġett għal dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw l-obbligi inklużi fl-Artikolu 11 meta mill-inqas waħda mill-kontropartijiet tkun soġġetta għar-rekwiżiti li jkunu kkunsidrati ekwivalenti skont dak l-att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.