|
+Artikolu 17a 5. |
Artikolu 17a 5.L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (e) ta’ dan l-Artikolu, u biex tispeċifika l-proċedura għall-konsultazzjoni mal-AETS u l-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu dwar jekk dawk il-kundizzjonijiet humiex issodisfati jew le. Fl-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kundizzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tistabbilixxi l-metodoloġija li għandha tintuża u l-parametri li għandhom japplikaw biex jiġi deċiż meta kundizzjoni titqies li ġiet issodisfata. L-AETS għandha telenka u tispeċifika wkoll jekk hemmx estensjonijiet tipiċi ta’ servizzi u attivitajiet li fil-prinċipju jistgħu jitqiesu li jaqgħu taħt il-proċedura aċċellerata stabbilita f’dan l-Artikolu. L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|