|
+Artikolu 17b 3. |
Artikolu 17b 3.Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor skont l-artikolu rilevanti, wara li tasal kemm it-talba għal opinjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet, rapporti jew miżuri oħra msemmija fil-paragrafu 2:
(a)
l-AETS għandha, fir-rigward tal-Artikolu 20, tadotta opinjoni li tivvaluta l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rispettivi f’konformità mal-Artikolu 23a(1), il-punt (e), l-Artikolu 23a(2) u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc); l-AETS għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18; fl-opinjoni tagħha, l-AETS tista’ tinkludi kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa sabiex ittaffi kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP, b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni; l-AETS għandha wkoll, fir-rigward tal-Artikoli 21 u 37, tadotta opinjoni f’konformità ma’ dawk l-Artikoli u f’konformità mal-Artikolu 23a(2) u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u l-AETS tista’ tinkludi fl-opinjoni tagħha kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa;
(b)
l-AETS tista’, fir-rigward tal-Artikoli 7, 8, 29 sa 33, 35, 36, 41 u 54, tadotta opinjoni f’konformità mal-Artikolu 23a u l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), dwar dak l-abbozz ta’ deċiżjoni, rapport jew miżura oħra fejn meħtieġ għall-promozzjoni ta’ applikazzjoni konsistenti u koerenti ta’ artikolu rilevanti; u
(c)
il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 li tivvaluta l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rispettivi u jibgħatha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-AETS. l-opinjoni ta’ dak il-kulleġġ tista’ tinkludi l-kundizzjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet li huwa jqis meħtieġa sabiex jittaffa kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tas-CCP. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, meta l-abbozz tad-deċiżjoni, rapport jew miżura oħra ppreżentata lill-AETS f’konformità ma’ dak il-punt juri nuqqas ta’ konverġenza jew ta’ koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet biex tippromwovi l-konsistenza jew il-koerenza meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Meta l-AETS tadotta opinjoni f’konformità mal-punt (b), l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha l-konsiderazzjoni dovuta u għandha tinforma lill-AETS dwar kwalunkwe azzjoni jew nuqqas ta’azzjoni sussegwenti fir-rigward tagħha. L-AETS u l-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandhom jadottaw l-opinjonijiet tagħhom sal-iskadenza pprovduta mill-awtorità kompetenti tas-CCP, li għandha tkun mill-inqas 15-il jum tax-xogħol wara li jirċievu d-dokumenti rilevanti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|