|
+Artikolu 23b 2. |
Artikolu 23b 2.Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għandu:
(a)
jimmonitorja l-implimentazzjoni fil-livell aggregat tal-Unjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7a u 7c, inklużi dawn kollha li ġejjin:
(i)
l-iskoperturi ġenerali u t-tnaqqis tal-iskoperturi għal servizzi tal-ikklerjar sostanzjalment u sistematikament importanti identifikati skont l-Artikolu 25(2c);
(ii)
l-iżviluppi relatati mal-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14 u l-aċċess għall-ikklerjar mill-klijenti għal tali kontropartijiet ċentrali, inklużi t-tariffi imposti minn tali kontropartijiet ċentrali għall-istabbiliment ta’ kontijiet skont l-Artikolu 7a u kwalunkwe tariffa imposta mill-membri tal-ikklerjar lill-klijenti tagħhom għall-istabbiliment ta’ kontijiet u għat-twettiq tal-ikklerjar skont l-Artikolu 7a;
(iii)
żviluppi sinifikanti oħrajn fil-prattiki tal-ikklerjar li għandhom impatt fuq il-livell tal-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14;
(b)
jimmonitorja l-implikazzjonijiet transfruntiera tar-relazzjonijiet tal-ikklerjar tal-klijenti, inklużi l-portabbiltà u l-interdipendenzi u l-interazzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti ma’ infrastrutturi oħrajn tas-suq finanzjarju;
(c)
jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-kontropartijiet ċentrali li jiffokaw fuq ir-riskji tal-likwidità, tal-kreditu u operattivi li jikkonċernaw lill-kontropartijiet ċentrali, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti;
(d)
jidentifika r-riskji ta’ konċentrazzjoni, b’mod partikolari fl-ikklerjar tal-klijenti, minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, inkluż fejn diversi kontropartijiet ċentrali, membri tal-ikklerjar jew klijenti jużaw l-istess fornituri ta’ servizzi;
(e)
jimmonitorja l-effettività tal-miżuri mmirati lejn it-titjib tal-attraenza tal-kontropartijiet ċentrali tal-Unjoni, filwaqt li jinkoraġġixxi l-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali tal-Unjoni u jtejjeb il-monitoraġġ tar-riskji transfruntiera. Il-korpi li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw u jikkondividu l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Meta dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli għall-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7a(9), l-awtorità kompetenti rilevanti tal-kontropartijiet ċentrali awtorizzati, il-membri tal-ikklerjar tagħhom u l-klijenti tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti lill-AETS u lill-korpi l-oħrajn li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ iwettqu l-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|