|
+Artikolu 24a 2. |
Artikolu 24a 2.Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun magħmul minn:
(a)
il-President, li għandu jkollu d-dritt tal-vot;
(b)
żewġ membri indipendenti, li għandu jkollhom id-dritt tal-vot;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament b’CCP awtorizzata, li għandu jkollhom id-dritt tal-vot; fejn Stat Membru jkun ħatar diversi awtoritajiet kompetenti, kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti maħtura ta’ dan l-Istat Membru tista’ tiddeċiedi li taħtar rappreżentant wieħed għall-finijiet ta’ parteċipazzjoni skont dan il-punt, madankollu, għall-proċeduri ta’ votazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 24c, ir-rappreżentanti tal-Istat Membru rispettiv għandhom flimkien jitqiesu bħala membru wieħed bid-dritt tal-vot.
(d)
Il-banek ċentrali tal-ħruġ li ġejjin:
(i)
fejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jiltaqa’ relattivament għal CCPs ta’ pajjiżi terzi, fir-rigward tat-tħejjija tad-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu b’rabta ma’ CCPs tal-Grad 2 u l-Artikolu 25(2a), il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) li jkunu talbu sabiex jissieħbu fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, li ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot;
(ii)
meta l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jiltaqa’ b’rabta mas-CCPs awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14, fil-kuntest ta’ diskussjonijiet li jappartjenu għall-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati minn CCPs awtorizzati li jkunu talbu sabiex jissieħbu fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, li ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot. Is-sħubija għall-fini tas-subpunti (i) u (ii) għandha tingħata awtomatikament fuq talba bil-miktub ta’ darba indirizzata lill-President. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|