+Artikolu 25f Talba għal informazzjoni
---+Artikolu 25f 1.
---+Artikolu 25f 2.
---+Artikolu 25f 3.
---+Artikolu 25f 4.
---+Artikolu 25f 5.
|
Artikolu 25f Talba għal informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25f 1.
|
L-AETS tista’ b’talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob li s-CCPs rikonoxxuti u l-partijiet terzi relatati li lilhom dawk is-CCPs ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex l-AETS tkun tista’ timmonitorja l-forniment ta’ dawk is-CCPs ta’ servizzi u attivitajiet tal-ikklerjar fl-Unjoni u twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu u mitluba b’talba sempliċi tista’ tkun ta’ natura perjodika jew ta’ darba.
|
|
Artikolu 25f 2.
|
Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha tindika dan kollu li ġej:
(a)
ir-referenza għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;
(c)
l-informazzjoni meħtieġa;
(d)
il-limitu ta’ żmien biex tingħata l-informazzjoni;
(e)
tinforma lill-persuna li tkun intalbet l-informazzjoni li mhijiex obbligata tipprovdi l-informazzjoni, iżda f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tkun skorretta jew qarrieqa;
(f)
il-multa prevista fl-Artikolu 25j flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima V tal-Anness III, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa.
|
|
Artikolu 25f 3.
|
Meta titlob li tingħata informazzjoni skont il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-AETS għandha tindika dan kollu li ġej:
(a)
ir-referenza għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;
(c)
l-informazzjoni meħtieġa;
(d)
il-limitu ta’ żmien biex tingħata l-informazzjoni;
(e)
il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;
(f)
il-multa prevista fl-Artikolu 25j flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima V tal-Anness III, imposta fejn ma tingħatax l-informazzjoni meħtieġa jew fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa; u
(g)
id-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-AETS u għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 25f 4.
|
Il-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet mingħajr personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli b’mod sħiħ jekk l-informazzjoni mogħtija tkun mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.
|
|
Artikolu 25f 5.
|
L-AETS għandha tibgħat, mingħajr dewmien, kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn huma domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|