+Artikolu 25j Multi
---+Artikolu 25j 1.
---+Artikolu 25j 2.
---+Artikolu 25j 3.
---+Artikolu 25j 4.
|
Artikolu 25j Multi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25j 1.
|
Fejn, skont l-Artikolu 25i(5), l-AETS ssib li CCP tkun wettqet intenzjonalment jew b’negliġenza wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III, din għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Ksur minn CCP jitqies li twettaq intenzjonalment jekk l-AETS ssib fatturi oġġettivi li juru li s-CCP jew id-diriġenza għolja tagħha aġixxew deliberatament biex jitwettaq il-ksur.
|
|
Artikolu 25j 2.
|
L-ammonti bażiċi tal-multi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu sa darbtejn l-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati, jew sa 10 % tad-dħul annwali totali, kif definit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, ta’ persuna ġuridika fis-sena ta’ negozju preċedenti.
|
|
Artikolu 25j 3.
|
L-ammonti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu aġġustati, jekk meħtieġ, filwaqt li jitqiesu tal-fatturi aggravanti jew mitiganti skont il-koeffiċjenti rilevanti stabbiliti fl-Anness IV. Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku. Il-koeffiċjenti mitiganti rilevanti jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent mitiganti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent mitiganti individwali għandha titnaqqas mill-ammont bażiku.
|
|
Artikolu 25j 4.
|
Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-ammont tal-multa ma għandux jaqbeż 20 % tad-dħul annwali tas-CCP fis-sena tan-negozju preċedenti iżda, jekk is-CCP tkun kisbet benefiċċju finanzjarju direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa jkun għall-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju. Fejn xi att jew ommissjoni ta’ CCP jikkostitwixxu aktar minn ksur wieħed elenkat fl-Anness III, għandha tapplika biss l-ogħla multa kalkolata skont il-paragrafi 2 u 3 u relatata ma’ wieħed minn dan il-ksur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|