+Artikolu 25q Miżuri superviżorji mill-AETS
---+Artikolu 25q 1.
---+Artikolu 25q 2.
---+Artikolu 25q 3.
|
Artikolu 25q Miżuri superviżorji mill-AETS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25q 1.
|
Fejn, f’konformità mal-Artikolu 25i(5), l-AETS ssib li CCP tal-Grad 2 tkun wettqet wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III, hija għandha tieħu waħda jew aktar mid-deċiżjonijiet li ġejjin:
(a)
tesiġi li s-CCP ittemm il-ksur;
(b)
timponi multi skont l-Artikolu 25j;
(d)
tirtira r-rikonoxximent tas-CCP, jew tar-rikonoxximent tagħha ta’ servizz, attività jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji, skont l-Artikolu 25p.
|
|
Artikolu 25q 2.
|
Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;
(b)
jekk il-ksur kixifx dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tas-CCP jew fis-sistemi tal-amministrazzjoni jew tal-kontrolli interni tagħha;
(c)
jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew inkella ġiex attribwit b’mod ieħor għall-ksur;
(d)
jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza.
|
|
Artikolu 25q 3.
|
Mingħajr dewmien mhux ġustifikat, l-AETS għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1 lis-CCP ikkonċernata, u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz u lill-Kummissjoni. Għandha tiżvela pubblikament kull deċiżjoni bħal din fis-sit tal-web tagħha fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tagħha. Meta tagħmel id-deċiżjoni tagħha pubblika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tagħmel pubbliku wkoll id-dritt tas-CCP ikkonċernata li tappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li dan l-appell ikun sar, waqt li tispeċifika li dan l-appell ma għandux effett ta’ sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli li l-Bord tal-Appell tal-AETS jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|