|
+Artikolu 38 8. |
Artikolu 38 8.Il-membri tal-ikklerjar li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’mill-inqas dan li ġej:
(a)
informazzjoni dwar il-mod kif jaħdmu l-mudelli tal-marġni tas-CCP;
(b)
informazzjoni dwar is-sitwazzjonijiet u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiskattaw sejħiet tal-marġni;
(c)
informazzjoni dwar il-proċeduri użati biex jiġi stabbilit l-ammont li għandu jiġi depożitat mill-klijenti; u
(d)
simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni li l-klijenti jistgħu jkunu soġġetti għalihom f’xenarji differenti. Għall-finijiet tal-punt (d), is-simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni għandha tiżgura li s-simulazzjoni tinkludi kemm il-marġnijiet meħtieġa mis-CCP kif ukoll kwalunkwe marġni addizzjonali meħtieġ mill-membri tal-ikklerjar u mill-klijenti li jipprovdu s-servizzi tal-ikklerjar infushom. Ir-riżultati ta’ tali simulazzjoni ma għandhomx ikunu vinkolanti. Fuq talba ta’ membru tal-ikklerjar, CCP għandha, mingħajr dewmien żejjed, tipprovdi lil dak il-membru tal-ikklerjar bl-informazzjoni mitluba biex dak il-membru tal-ikklerjar ikun jista’ jikkonforma mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà pprovduta skont il-paragrafi 1 sa 7. Meta l-membru tal-ikklerjar jew klijent jipprovdi servizzi tal-ikklerjar, u meta xieraq, għandhom jittrażmettu dik l-informazzjoni lill-klijenti tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|