|
+Artikolu 46 1. |
Artikolu 46 1.CCP għandha taċċetta kollateral likwidu ħafna b’riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq sabiex tkopri l-iskopertura inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha. CCP tista’, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet rilevanti, taċċetta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali, sakemm dawn ikunu disponibbli mingħajr kundizzjonijiet fuq talba fil-perjodu ta’ likwidazzjoni msemmi fl-Artikolu 41. CCP għandha tistabbilixxi fir-regoli operattivi tagħha l-livell minimu aċċettabbli ta’ kollateralizzazzjoni għall-garanziji li taċċetta u tista’ tispeċifika li tista’ taċċetta garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali kompletament mhux kollateralizzati. CCP tista’ taċċetta garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali biss biex tkopri l-iskopertura inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha li huma kontropartijiet mhux finanzjarji jew għal klijenti ta’ membri tal-ikklerjar, dment li dawk il-klijenti jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji. Meta jiġu pprovduti assi, garanziji pubbliċi, garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali lil CCP dik is-CCP għandha:
(a)
tieħu kont tal-garanziji bankarji pubbliċi jew tal-garanziji bankarji kummerċjali meta tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-bank, li huwa wkoll membru tal-ikklerjar, li joħroġhom;
(b)
tissoġġetta lill-garanziji bankarji pubbliċi jew lill-garanziji bankarji kummerċjali mhux kollateralizzati għal limiti ta’ konċentrazzjoni;
(c)
tapplika t-telf impost adegwat fuq il-valuri tal-assi, il-garanziji pubbliċi, il-garanziji bankarji pubbliċi u l-garanziji bankarji kummerċjali sabiex dawk il-valuri jkunu jirriflettu l-potenzjal biex dawk il-valuri jonqsu matul l-intervall bejn l-aħħar rivalwazzjoni tagħhom u ż-żmien sa meta jistgħu raġonevolment jiġu preżunti li jiġu likwidati jew eżerċitati, kif applikabbli;
(d)
tqis ir-riskju ta’ likwidità wara l-inadempjenza ta’ parteċipant fis-suq u r-riskju ta’ konċentrazzjoni fuq ċerti assi fl-istabbiliment tal-kollateral aċċettabbli u tat-telf impost rilevanti għas-CCP;
(e)
tqis il-ħtieġa li jiġi minimizzat kwalunkwe effett proċikliku potenzjali ta’ tali reviżjonijiet meta tirrevedi l-livell tat-telf impost li tapplika għall-assi u l-garanziji pubbliċi, il-garanziji bankarji pubbliċi u l-garanziji bankarji kummerċjali li taċċetta bħala kollateral. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|