+Artikolu 47 Politika tal-investiment
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 4.
---+Artikolu 47 5.
---+Artikolu 47 6.
---+Artikolu 47 7.
---+Artikolu 47 8.
|
Artikolu 47 Politika tal-investiment
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1.
|
Kontroparti ċentrali għandha tinvesti r-riżorsi finanzjarji tagħha biss fi flus kontanti jew fi strumenti finanzjarji likwidi ħafna biss b’riskju minimu tas-suq u ta’ kreditu. L-investimenti ta’ kontroparti ċentrali għandhom ikunu kapaċi li jkunu likwidati b’mod rapidu b’effett avvers minimu fuq il-prezz.
|
|
Artikolu 47 2.
|
L-ammont ta’ kapital, inkluż il-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ kontroparti ċentrali li ma jkunux investiti skont il-paragrafu 1, m’għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 16(2) jew l-Artikolu 45(4).
|
|
Artikolu 47 3.
|
L-istrumenti finanzjarji skjerati bħala marġini jew bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza għandhom, fejn disponibbli, ikunu depożitati ma’ operaturi ta’ sistemi ta’ saldu ta’ titoli li jiżguraw il-protezzjoni sħiħa ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji. Jew inkella jistgħu jintużaw arranġamenti oħra sikuri ħafna ma’ istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati.
|
|
Artikolu 47 4.
|
Id-depożiti ta’ flus kontanti ta’ kontroparti ċentrali għandhom jitwettqu permezz ta’ arranġamenti sikuri ħafna ma’ istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati jew inkella permezz tal-użu tal-faċilitajiet permanenti ta’ depożiti tal-banek ċentrali jew mezzi kumparabbli oħrajn provduti mill-banek ċentrali.
|
|
Artikolu 47 5.
|
Fejn kontroparti ċentrali tiddepożita assi ma’ terz, hija għandha tiżgura li l-assi li jappartjenu lill-membri tal-ikklerjar ikunu identifikabbli b’mod separat mill-assi li jappartjenu lill-kontroparti ċentrali u mill-assi li jappartjenu lil dak it-terz permezz ta’ kontijiet b’titoli differenti fil-kotba tat-terz jew kwalunkwe miżuri ekwivalenti oħrajn li jilħqu l-istess livell ta’ protezzjoni. Kontroparti ċentrali għandu jkollha aċċess minnufih għall-istrumenti finanzjarji meta dan ikun meħtieġ.
|
|
Artikolu 47 6.
|
Kontroparti ċentrali m’għandhiex tinvesti l-kapital tagħha jew is-somom riżultanti mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 41, 42, 43 jew 44 fit-titoli tagħha stess jew dawk tal-impriża prinċipali jew is-sussidjarja tagħha.
|
|
Artikolu 47 7.
|
Kontroparti ċentrali għandha tikkunsidra l-iskoperturi tar-riskju tal-kreditu globali tagħha għal individwi b’obbligazzjoni meta tagħmel id-deċiżjonijiet tal-investiment tagħha u għandha tiżgura li l-iskoperturi tar-riskju globali tagħha għal kwalunkwe indiviwdu b’obbligazzjoni tibqa’ skont limiti ta’ konċentrazzjoni aċċettabbli.
|
|
Artikolu 47 8.
|
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE u mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu kkunsidrati likwidi ħafna, bi kreditu u riskju tas-suq minimu kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-arranġamenti b’sigurtà għolja msemmija fil-paragrafi 3 u 4 u l-limiti ta’ konċentrazzjoni msemmijin fil-paragrafu 7. L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|