►M18
Meta l-assi u l-pożizzjonijiet huma rreġistrati fir-rekords u l-kontijiet ta’ CCP bħala miżmumin għall-kont ta’ klijent ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti skont l-Artikolu 39(2), is-CCP għandha, tal-inqas, tintrabat kuntrattwalment li tattiva l-proċeduri għat-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kontijiet tal-klijenti kollha tagħha lil membru tal-ikklerjar ieħor magħżul minn dawk il-klijenti kollha, u għandha tittrasferixxi tali assi u pożizzjonijiet sakemm il-klijenti kollha ma joġġezzjonawx għal tali trasferiment qabel jiġi konkluż dak it-trasferiment u mingħajr il-kunsens tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor għandu jkun obbligat li jaċċetta dawk l-assi u l-pożizzjonijiet fil-każ biss meta qabel ikun daħal f’relazzjoni kuntrattwali ma’ dawk il-klijenti, li biha jkun intrabat li jagħmel hekk. Jekk it-trasferiment għal dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor ma jkunx sar għal kwalunkwe raġuni f’perjodu ta’ trasferiment predefinit speċifikat fir-regoli operattivi tagħha, is-CCP tista’ tieħu l-passi kollha permessi mir-regoli tagħha biex tamministra attivament ir-riskji tagħha fir-rigward ta’ dawk il-pożizzjonijiet, inkluża l-likwidazzjoni tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kont tal-klijenti tagħha.
◄