+Artikolu 48 Proċeduri ta’ inadempjenza
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.
---+Artikolu 48 8.
|
Artikolu 48 Proċeduri ta’ inadempjenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
Kontroparti ċentrali għandu jkollha fis-seħħ proċeduri dettaljati li għandhom jiġu segwiti meta membru tal-ikklerjar ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni tal-kontroparti ċentrali stabbiliti fl-Artikolu 37 fil-limitu taż-żmien u skont il-proċeduri stabbiliti mil-kontroparti ċentrali. Il-kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi fid-dettall il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ li l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ma tkunx iddikjarata mill-kontroparti ċentrali. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu rieżaminati annwalment.
|
|
Artikolu 48 2.
|
Kontroparti ċentrali għandha tieħu azzjoni minnufih biex iżżomm telf u pressjonijiet ta’ likwidità li jirriżultaw minn inadempjenzi u għandha tiżgura li l-għeluq totali ta’ kwalunkwe pożizzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar ma jfixkilx l-operazzjonijiet tagħha jew jesponi l-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti għal telf li ma jistax jiġi antiċipat jew ikkontrollat.
|
|
Artikolu 48 3.
|
Fejn kontroparti ċentrali tqis li l-membru tal-ikklerjar mhux se jkun kapaċi jissodisfa l-obbligi futuri tiegħu, għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti qabel ma tiġi ddikjarata jew skattata l-proċedura ta’ inadempjenza. L-awtorità kompetenti għandha minnufih tikkomunika din l-informazzjoni lill-AETS, lill-membri rilevanti tas-SEBĊ u lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti.
|
|
Artikolu 48 4.
|
Kontroparti ċentrali għandha tivverifika li l-proċeduri tal-inadempjenza tagħha huma infurzabbli. Għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li jkollha s-setgħat legali biex tillikwida l-pożizzjonijiet proprjetarji tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti u biex tittrasferixxi jew tillikwida l-pożizzjonijiet tal-klijent tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti.
|
|
Artikolu 48 5.
|
►M18
Meta l-assi u l-pożizzjonijiet huma rreġistrati fir-rekords u l-kontijiet ta’ CCP bħala miżmumin għall-kont ta’ klijent ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti skont l-Artikolu 39(2), is-CCP għandha, tal-inqas, tintrabat kuntrattwalment li tattiva l-proċeduri għat-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kontijiet tal-klijenti kollha tagħha lil membru tal-ikklerjar ieħor magħżul minn dawk il-klijenti kollha, u għandha tittrasferixxi tali assi u pożizzjonijiet sakemm il-klijenti kollha ma joġġezzjonawx għal tali trasferiment qabel jiġi konkluż dak it-trasferiment u mingħajr il-kunsens tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor għandu jkun obbligat li jaċċetta dawk l-assi u l-pożizzjonijiet fil-każ biss meta qabel ikun daħal f’relazzjoni kuntrattwali ma’ dawk il-klijenti, li biha jkun intrabat li jagħmel hekk. Jekk it-trasferiment għal dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor ma jkunx sar għal kwalunkwe raġuni f’perjodu ta’ trasferiment predefinit speċifikat fir-regoli operattivi tagħha, is-CCP tista’ tieħu l-passi kollha permessi mir-regoli tagħha biex tamministra attivament ir-riskji tagħha fir-rigward ta’ dawk il-pożizzjonijiet, inkluża l-likwidazzjoni tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kont tal-klijenti tagħha. ◄
|
|
Artikolu 48 6.
|
Fejn l-assi u l-pożizzjonijiet huma rreġistrati fir-rekords u l-kontijiet ta’ kontroparti ċentrali bħala miżmumin għall-kont ta’ klijent ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti skont l-Artikolu 39(3), il-kontroparti ċentrali għandha, tal-anqas, tikkommetti lilha nfisha kuntrattwalment li tiskatta l-proċeduri għat-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kont tal-klijent lil membru tal-ikklerjar ieħor magħżul mill-klijent, fuq talba tal-klijent u mingħajr il-kunsens tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor għandu jkun obbligat li jaċċetta dawn l-assi u l-pożizzjonijiet fil-każ biss fejn qabel ikun daħal f’relazzjoni kuntrattwali mal-klijent, li biha jkun ikkommetta lilu nnifsu li jagħmel hekk. Jekk it-trasferiment għal dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor ma jkunx sar għal kwalunkwe raġuni f’perjodu ta’ trasferiment predefinit speċifikat fir-regoli operattivi tagħha, il-kontroparti ċentrali tista’ tieħu l-passi kollha permessi mir-regoli tagħha biex tamministra attivament ir-riskji tagħha fir-rigward ta’ dawk il-pożizzjonijiet, inkluża l-likwidazzjoni tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti għall-kont tal-klijent.
|
|
Artikolu 48 7.
|
Il-kollateral tal-klijenti li jkun distint skont l-Artikolu 39(2) u (3) għandu jintuża esklużivament biex ikopri il-pożizzjonijiet miżmumin għall-kont tagħhom. Kwalunkwe bilanċ dovut mill-kontroparti ċentrali wara l-ikkompletar tal-proċess ta’ mmaniġġjar tal-inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar mill-kontroparti ċentrali għandu jingħata lura fil-pront lil dawk il-klijenti meta jkunu magħrufa lill-kontroparti ċentrali jew, jekk ma jkunux, lill-membru tal-ikklerjar għall-kont tal-klijenti tagħha.
|
|
Artikolu 48 8.
|
Fil-każ ta’ inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar u meta tali inadempjenza tirriżulta fit-trasferiment sħiħ jew parzjali tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma mill-klijenti mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti lejn membru tal-ikklerjar ieħor f’konformità mal-paragrafi 5 u 6, dak il-membru tal-ikklerjar l-ieħor jista’, għal tliet xhur mid-data ta’ dak it-trasferiment, jiddependi fuq id-diliġenza dovuta mwettqa mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tad-Direttiva (UE) 2015/849 għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. Meta l-membru tal-ikklerjar li lilu jkun sar it-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ikun soġġett għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kapitali għall-iskoperturi tal-membri tal-ikklerjar lejn il-klijenti skont dak ir-Regolament fi żmien perjodu miftiehem mal-awtorità kompetenti tiegħu, li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur mid-data ta’ dak it-trasferiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|