+Artikolu 49a Proċedura aċċellerata għal bidliet mhux sinifikanti għall-mudelli u l-parametri ta’ CCP
---+Artikolu 49a 1.
---+Artikolu 49a 2.
---+Artikolu 49a 3.
---+Artikolu 49a 4.
---+Artikolu 49a 5.
---+Artikolu 49a 6.
---+Artikolu 49a 7.
|
Artikolu 49a Proċedura aċċellerata għal bidliet mhux sinifikanti għall-mudelli u l-parametri ta’ CCP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49a 1.
|
Meta CCP tqis li bidla f’mudell jew parametru msemmi fl-Artikolu 49(1) li jkollha l-ħsieb li tadotta ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1i ta’ dak l-Artikolu, hija tista’ titlob li l-applikazzjoni għall-validazzjoni tal-bidla tkun soġġetta għall-proċedura aċċellerata skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 49a 2.
|
Il-proċedura aċċellerata għandha tapplika għal bidla proposta għal mudell jew parametru meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-CCP tkun talbet validazzjoni ta’ bidla li għandha tiġi vvalutata skont dan l-Artikolu; u
(b)
l-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS it-tnejn ikunu kkonkludew li l-bidla proposta mhijiex sinifikanti skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 49a 3.
|
Is-CCP għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha inklużi d-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 49(5), il-punt (d), f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Is-CCP għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex turi għaliex il-bidla proposta għandha titqies mhux sinifikanti u għalhekk tikkwalifika għal valutazzjoni skont il-proċedura aċċellerata skont dan l-Artikolu. Konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni għandha tintbagħat lis-CCP permezz tal-bażi tad-data ċentrali fi żmien jumejn tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ dik l-applikazzjoni.
|
|
Artikolu 49a 4.
|
L-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS għandhom jiddeċiedu, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-wasla tal-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni, jekk il-bidla proposta tkunx sinifikanti jew le.
|
|
Artikolu 49a 5.
|
Meta, f’konformità mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS tkun iddeċidiet li l-bidla hija sinifikanti, huma għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miktub b’dan u l-applikazzjoni għall-validazzjoni ta’ dik il-bidla ma għandhiex tkun soġġetta għall-proċedura aċċellerata skont dan l-Artikolu. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika lis-CCP applikanti permezz tal-bażi tad-data ċentrali, inkluża spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 4. Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mir-riċevuta tan-notifika, is-CCP għandha jew tirtira l-applikazzjoni jew inkella tikkomplementaha biex tissodisfa r-rekwiżiti għal applikazzjoni skont l-Artikolu 49.
|
|
Artikolu 49a 6.
|
Meta, f’konformità mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS ikunu ddeċidew li l-bidla mhijiex sinifikanti, huma għandhom kull wieħed, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn dik id-deċiżjoni:
(a)
jagħtu l-validazzjoni, meta s-CCP tikkonforma ma’ dan ir-Regolament, jew jirrifjutawha, meta s-CCP ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament; u
(b)
jinfurmaw lil xulxin bil-miktub, inkluża spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, jekk il-validazzjoni tkunx ingħatat jew ġietx irrifjutata.
Meta waħda minnhom ma tkunx tat il-validazzjoni mudell, il-validazzjoni għandha tiġi rrifjutata.
|
|
Artikolu 49a 7.
|
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lis-CCP applikanti bil-miktub, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, inkluża spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 6 jekk il-validazzjoni tkunx ingħatat jew ġietx irrifjutata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|