|
+Artikolu 50b Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-KCCP |
Artikolu 50b Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-KCCPArtikolu 50b Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-KCCP Għall-finijiet tal-kalkolu ta' KCCP imsemmi fl-Artikolu 50a(2), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
Is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi li jkollhom għall-membri ta' kklerjar tagħhom kif ġej:
(i)
għal skoperturi li jirriżultaw mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur f'konformità mal-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament billi jużaw perijodu marġinali ta' riskju ta' 10 ġranet tan-negozju;
(ii)
għal skoperturi li jirriżultaw mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur (EADi) f'konformità mal-formula li ġejja: EADi = max{EBRMi – IMi – DFi; 0} fejn:
Il-valuri kollha f' din il-formula għandhom ikunu relatati mal-valutazzjoni fl-aħħar tal-ġurnata qabel jiġi skambjat il-marġni appellat fl-appell għall-marġni finali ta' dik il-ġurnata;
(iii)
għas-sitwazzjonijiet imsemmija fit-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza ta' dak is-subparagrafu f'konformità mal-formula stipulata fil-punt (a)(ii) ta' dan l-Artikolu, u għandhom jiddeterminaw l-EBRMi f'konformità mat-Titolu V tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament;
(b)
għall-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 is-settijiet tan-netting ikunu l-istess bħal dawk definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 272 ta' dak ir-Regolament;
(c)
CCP li jkollha skoperturi għal CCP waħda jew iktar għandha tittratta dawk l-iskoperturi daqs li kieku kienu skoperturi għall-membri ta' kklerjar u tinkludi kwalunkwe marġni jew kontribuzzjoni prefinanzjata riċevuta mingħand dawk is-CCPs fil-kalkolu ta' KCCP;
(d)
CCP li jkollha fis-seħħ arranġament kuntrattwali vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermetti lil dik is-CCP tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati għandha tikkunsidra dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafu 1 u mhux bħala marġni inizjali;
(e)
meta kollateral jinżamm kontra kont li jkun fih iktar minn wieħed mit-tipi ta' kuntratti u tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jallokaw il-marġni inizjali pprovdut mill-membri ta' kklerjar jew il-klijenti tagħhom, kif applikabbli, proporzjonalment mal-EADs tat-tipi rispettivi ta' kuntratti u tranżazzjonijiet kalkulati f'konformità mal-punt (a) ta' dan il-paragrafu, mingħajr ma jittieħed kont tal-marġni inizjali fil-kalkolu;
(f)
CCPs li jkollhom iktar minn fond ta' inadempjenza wieħed għandhom iwettqu l-kalkolu għal kull fond ta' inadempjenza separatament;
(g)
meta membru ta' kklerjar jipprovdi servizzi ta' kklerjar tal-klijenti, u t-tranżazzjonijiet u l-kollateral tal-klijenti tal-membru ta' kklerjar jinżammu f'kontijiet sussidjarji li huma separati minn dawk tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar, is-CCPs għandhom iwettqu l-kalkolu tal-EADi għal kull kont sussidjarju separatament u għandhom jikkalkulaw l-EADi totali tal-membru ta' kklerjar bħala s-somma tal-EADs tal-kontijiet sussidjarji tal-klijenti u l-EAD tal-kont sussidjarju tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar;
(h)
għall-finijiet tal-punt (f), meta DFi ma jkunx maqsum bejn il-kontijiet sussidjarji tal-klijenti u l-kontijiet sussidjarji tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar, is-CCPs għandhom jallokaw DFi għal kull kont sussidjarju skont il-frazzjoni rispettiva li l-marġni inizjali ta' dak il-kont sussidjarju jkollu fir-rigward tal-marġni inizjali totali kollokat mill-membru ta' kklerjar jew għall-kont tal-membru ta' kklerjar;
(i)
is-CCPs m'għandhomx iwettqu l-kalkolu skont l-Artikolu 50a(2) meta l-fond tal-inadempjenza jkopri tranżazzjonijiet bi flus biss. Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) ta' dan l-Artikolu, is-CCP għandha tuża l-metodu speċifikat fl-Artikolu 223 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-aġġustamenti superviżorji għall-volatilità stipulati fl-Artikolu 224 ta' dak ir-Regolament biex tikkalkola l-valur ta' skopertura. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|