+Artikolu 5 Eżenzjoni għal programmi ta’ riakkwist u stabbilizzazzjoni
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.

Artikolu 5 Eżenzjoni għal programmi ta’ riakkwist u stabbilizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għan-negozjar fl-ishma proprji fi programmi ta’ riakkwist (“buy-back”) meta:

(a) 

id-dettalji sħaħ tal-programm jiġu żvelat qabel il-bidu tan-negozjar;

▼M5

(b) 

in-negozjar ikun irrapportat bħala parti mill-programm ta’ riakkwist lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar skont il-paragrafu 3 u wara dan jiġi żvelat lill-pubbliku f’forma aggregata;

▼B

(c) 

jiġu rispettati l-limiti xierqa f’dak li jirrigwarda l-prezz u l-volum; u

(d) 

jitwettaq skont l-objettivi msemmija fil-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6.

Artikolu 5 2.

Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1, programm ta’ riakkwist għandu jkollu bħala l-iskop waħdani tiegħu:

(a) 

li jitnaqqas il-kapital tal-emittent;

(b) 

li jitwettqu l-obbligazzjonijiet li jqumu minn strumenti finanzjarji tad-dejn li jistgħu jiġu skambjati fi strumenti ta’ ekwità; jew

(c) 

li jitwettqu l-obbligazzjonijiet li jqumu minn programmi ta’ opzjonijiet fuq l-ishma, jew allokazzjonijiet oħra ta’ ishma, lill-impjegati jew lil membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-emittent jew ta’ kumpanija assoċjata.

Artikolu 5 3.
Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, l-emittent għandu jirrapporta t-tranżazzjonijiet kollha relatati mal-programm ta’ riakkwist lill-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità kif imsemmi fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. L-awtorità kompetenti riċeventi għandha, fuq talba, tgħaddi l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar li fih l-ishma jkunu ġew ammessi għan-negozju u jiġu nnegozjati.
Artikolu 5 4.

Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolamet ma japplikawx għan-negozjar f’titoli jew strumenti assoċjati għall-istabbilizzazzjoni ta’ titoli meta:

(a) 

l-istabbilizzazzjoni ssir għal perjodu limitat;

(b) 

informazzjoni relevanti dwar l-istabbilizzazzjoni tiġi żvelata u notifikata lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar skont il-paragrafu 5;

(c) 

jiġu rrispettati limiti xierqa f’dak li jirrigwarda l-prezz; u

(d) 

tali negozjar ikun konformi mal-kundizzjonijiet għall-istabbilizzazzjoni stipulati fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6.

Artikolu 5 5.
Mingħajr ħsara għall-Artkolu 23(1), id-dettalji tat-transazzjonijiet kollha ta’ stabbilizzazzjoni għandhom jiġu nnotifikati mill-emittenti, l-offerenti, jew l-entitajiet li jindaħlu għall-istabbilizzazzjoni kemm jekk ikunu jaġixxu f’isem dawn il-persuni u kemm jekk le, lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar mhux iktar tard mit-tmiem tas-seba’ sessjoni ta’ kuljum tas-suq wara d-data tat-twettiq ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.
Artikolu 5 6.
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tfassal abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li l-programmi ta’ riakkwist u miżuri ta’ stabbilizzazzjoni ta’ dan it-tip imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 iridu jissodisfaw, inklużi l-kundizzjonijiet għan-negozjar, ir-restrizzjonijiet fir-rigward taż-żmien u l-volum, l-obbligi ta’ żvelar u rappurtar, u l-kundizzjonijiet tal-prezz.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.